Ftit ta’ snin ilu konna qassamna numru ta’ kwestjonarji marbuta ma’ gbir ta’ xhieda marbuta mas-Superjur bil-ghan li jingabru fi ktieb li kien beda jahdem fuqu l-mibki Pt. Alexander Bonnici OFM. Minkejja n-numru konsiderevoli ta’ kwestjonarji li konna qassamna ftit kienu dawk li baghtu l-hsibijiet / kummenti taghhom. Wara l-mewt ta’ Pt. Alexander, dawk inghataw lill-Fergha Ewkaristika. Il-President u l-Kunsill iddecidejna li wasal iz-zmien li nergghu naghtu l-hajja lil dan ix-xoghol importanti ferm marbut mas-Superjur izda wkoll mal-Fergha Ewkaristika sabiex membri godda kif ukoll il-generazzjonijiet tal-futur ikunu jafu bil-hidma tas-Superjur George Grima. F’din il-hidma int ghandek rwol importanti. L-ewwel u qabel kollox billi tikteb ix-xhieda tieghek. Iktar ma tkun dettaljata aktar ahjar. Pero, barra minn hekk importanti wkoll li tinforma b’din il-hidma lil min kellu xi esperjenzi mal-Fundatur, anke jekk m’ghadux jew qatt ma kien membru tal-Fergha Ewkaristika. Tista’ wkoll tinforma lil qraba jew hbieb barra minn Malta li gieli ghamlu kuntatt mas-Superjur. Ibaghtu x-xhieda taghkom iffirmata u bin-numru ta’ l-Id fuq dan l-indirizz li gej:
Kappella Fergha Ewkaristika Ewkaristika
Triq ic-Centru Ewkaristiku,
Marsa. HMR 06
jew fuq l-email address tal-Fergha Ewkaristika Ewkaristika: fergha@ferghaewkaristika.net
Dawn li gejjin huma mistoqsijiet li jistghu jghinukom fil-hsibijiet taghkom.
Meta u kif iltqajt mas-Superjur George Grima?
X’wasslek biex tfittex li tiltaqa’ / tisma’ / tkellem lis-Superjur?
X’kont tisma’ jinghad dwaru? Kont taqbel ma’ dak li jghidu?
Lis-Superjur George Grima kont tafu personalment?
X’kont tammira fih?
Kien hemm xi affarijiet li ma kontx taqbel mieghu?
Liema kienu s-snin li ltqajt u / jew kont vicin tieghu?
Is-Superjur kien vicin ta’ San Gorg Preca. Tiftakru? Jekk iva x’tiftakar?
Kellek xi esperjenzi partikolari li fihom kien involut is-Superjur?
X’kienet l-imgiba tieghu ma’ l-awtoritajiet tal-Knisja?
Kif kienet l-attitudni ta’ l-awtoritajiet tal-Knisja fil-konfront tieghu u ta’ hidmietu?
Gieli talab minghandek xi ghajnuna jew kont int stess li offrejt l-ghajnuna tieghek?
Tista’ ssemmi xi attivitajiet li kont tattendi u fejn kienu jsiru (laqghat, pellegrinaggi . . . )
Ghandek xi materjal marbut mas-Superjur bhal ritratti, ittri . . . Tista’ ssellifna / tghaddilna dan il-materjal jew taghtina kopja tieghu?
Jidhirlek li s-Superjur kien jghix hajja qaddisa?
Wara mewtu kellek xi esperjenzi partikolari marbuta mas-Superjur?
Tlabt bl-intercessjoni tas-Superjur? Jekk iva, wara mewtu gieli qlajt grazzja partikolari bl-intercessjoni tieghu?
◊ Jekk taf lil xi hadd iehor lil li jista’ jaghti l-esperjenzi tieghu heggu jibghat ix-xhieda tieghu.
F’kaz ta’ diffikulta cempel fuq 21240230 wara l-5.00pm jew tibghat email fl-indirizz ta’ fergha@ferghaewkaristika.net
GRAZZI