Diskors li sar fl-anniversarju ta’ Padre Pio, f’Settembru 1997. Ikompli ma’dak li deher fil-fuljetti ta’ Settembru 2006 u 2009
Darba rajt, darba jiena ltqajt ma’ Madre Tereza Ruma. Konna qed naqsmu u waqaft ghax rajtha gejja, hatfitli idi. “Padre, Padre,” qaltli. Ghedtilha, “Jien minix Padre.” U min kien mieghi mbaghad qallha, “Dana Superjur tal-Ewkaristija.” “Si, si, io conosco. Carissmo,” qaltli, “kuragg ha mmorru l-Genna.” Daqshekk biss qaltli, “kuragg ha mmorru l-Genna.”
Alla l-imbierek fil-hniena tieghu ma nifhmuhx. Semmejt ’il Madre Theresa ghax ghadha tmut, il-Papa talab ukoll biex niehdu l-ezempju taghha ghall-karità mal-proxxmu.
Inharsu lejha u nimitawha, imma kien hemm differenza, il-qalb tat-tnejn (Padre Pio u Madre Tereza) kienet kbira, nobbli ghall-umanità taht aspetti differenti. Il-qalb nobbli ta’ Padre Pio kienet li jinghaqad fil-krucifissjoni ma’ Gesù ha jsalva l-erwieh. X’kien il-pjacir illejla ta’ Padre Pio waqt li ahna konna migburin hawn qeghdin nitolbu? Li beda jismaghkom tghidu r-ruzarju ’l-Madonna. Ha pjacir hafna anke fil-kant, Hdejn Fatima Dehret.
Ghall-mument, bl-ghajnejn taghna tara l-kommovenzjoni tieghu. Gheziez huti, ara xi mhabba kbira ghandhom il-qaddisin, anke fil-Genna, lejn il-Madonna, araw xi mhabba ghandhom il-qaddisin, anke fil-Genna, lejn il-Madonna. U kull min qieghed prezenti llejla hawn, ircieva l-barka ta’ Padre Pio. Kellu ragun jghidli, “Jiena wiehed mill-figli spiritwali tal-ghaqda ewkaristika.” Mhux ta’ b’xejn mis-sema ghadu jxerred hafna grazzji fuq il-membri li jitolbuh.
_____________________________________________________________________________________________
Diskors li sar mis-Superjur, nhar is-6 ta’ Settembru 1996, waqt pellegrinagg li sar gewwa l-Qala
Nghid prosit li ssib nies li Alla jinqeda bihom sabiex jorganizzaw pellegrinaggi Marjani u Ewkaristici. Intom li organizzajtu dan il-pellegrinagg heggu dejjem ohrajn biex jinghaqdu maghkom ghaliex Gesù Ewkaristija, li hu l-qofol tal-hajja taghna, hu l-pjacir tieghu li jkun maghna, jkun fostna. U meta ahna mmorru nzuruh f’dawn il-knejjes u naghmluhom bhala spirtu ta’ pellegrinagg, spirtu li nifhmu li f’dik il-knisja fejn jinsab Gesù min jaf kemm forsi hemm nuqqasijiet lejn l-istess Ewkaristija li tkun prezenti f’dak it-tabernaklu f’dik il-parrocca huti. Allura jkollna hsieb qaddis, anke li ahna morna biex nirreperaw f’dik il-parrocca, nirreparaw ghall-offizi li jsiru lill-istess Kristu li hu Alla.
Ahna nafu li Gesù li hawn quddiemna, hemm il-Missier u hemm ukoll l-Ispirtu s-Santu. Ma nistghux nifirdu l-Missier mill-Iben jew lill-Ispirtu s-Santu mill-Iben u mill-Missier. Noqoghdu attenti, ghaliex fostna qed ikun hawn, anke fost iz-zghazagh taghna kultant, li tismaghhom meta jkellmuk ‘ghax jien ghandi l-Ispirtu s-Santu’. Haga tajba, haga qaddisa, meta rcevejna l-maghmudija, ilkoll ircevejna l-Ispirtu s-Santu. U kull sagrament li nircievu, anke kull darba li nircievu l-Ewkaristija nircievu u ngeddu fina l-Ispirtu s-Santu. Xejn mhu gdid, noqoghdu attenti minn hafna taghlim li qed iqum, anke fostna, kif qal anke l-Arcisqof fuq Kristu, taghlim qarrieqi fuq Kristu minn xi teologi nsara.
Gheziez huti hemm bzonn nifthu ghajnejna. Mela jiena mimlija bl-Ispirtu s-Santu diment li nzomm lili nnifisi fil-grazzja t’Alla. Xi jbeghedni minn Alla? Id-dnub. Mela Alla huwa wiehed fi tliet persuni, il-Missier l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Issa ahna li rcevejna l-maghmudija ghandna fina l-ghamara tat-Trinità qaddisa. Qed tghammar fina t-Trinità qaddisa huti, nifhmuh dan il-pass. Mhux sempliciment meta jiena mort il-knisja ltqajt ma’ Kristu, Kristu jitlaq minni meta jien naghmel id-dnub. Issa meta ahna rridu nircievu lil Kristu realment u sustanzjalment, nircevuh permezz tal-Ewkaristija. Ifhmuh dan il-punt!
_____________________________________________________________________________________________
Nhar is-Sibt 18 ta’ Settembru 2010, l-Isqof t’Ghawdex, Mons. Mario Grech se jzur il-kappella tal-Fergha Ewkaristika gewwa l-Marsa. Nibdew b’ruzarju fis-5.45pm, adorazzjoni fis-6.00pm u quddiesa fis-6.30pm. Inheggukom biex tattendu.