Hsibijiet tal-Fundatur li saru nhar il-5 t’April 1997, l-ewwel Sibt tax-xahar. Ikomplu ma’ dawk li dehru fil-fuljetti t’Awwissu 2008 u 2009
Gesù jrid minna li nkunu sincieri maghna nfusna, mhux li tkun f’xi grupp u tghid, “Inqast ’il zewgi, kemm ili mizzewga; hsibt hazin xi darbtejn u tlieta.” Dawn il-Madonna ma tridhomx, mhux veru, ma tridhomx! Dik haga tieghek personali. Inkunu qed naghtu lok lid-demonju biex jaghmel vittorja. Jekk inti dnibt, kien x’kien id-dnub tieghek, m’hi affari ta’ hadd! Li trid taghmel hu li tmur f’riglejn konfessur tistqarru u jekk hafirlek issemmihx iktar, oqghod kwieta.
U nghid, jekk hafirlek, ghax jista’ ma jtikx assoluzjoni ta. U ghadu anke llum, mhux fl-antik biss. Ghax jekk inti tigi tqerr u tghid hemm amicizja ma’ xi hadd partikulari, u din inti m’intix lesta li tinfatam (tinfired) minnha, ma jistax itik assoluzjoni. Kienet, ghadha u tibqa’, ma tistax titbiddel din, ma tistax tiehu assoluzjoni. Issa mhux sa noqoghdu nghidu, int min-naha tieghek ma tridx u mbaghad iltqajt mieghu fit-triq, kellmek, gie fuqek. Dik mhux tort tieghek. Hemm assoluzjoni jista’ jrik ghax m’ghandekx tort. Nixtieq ghandi c-cans biex nispjegalkom. Jekk dar-ragel wiccu tost u gie b’xirfu kollu fuqek u jkellmek, int x’tort ghandek? Qed tifhem, imma jekk kemm-il darba jkun hemm l-amicizja, u l-amicizja min-naha tieghek ma tridx tieqaf ma jistax itik assoluzjoni.
Jalla dawk ir-raggi li hergin mis-sema, mhux mill-kwadru, mis-sema, ghal fuq id-dinja jolqtu lilkom u lili halli naghrfu nghixu l-hajja tal-grazzja, biex kif qaltilna l-Madonna kull min hawn il-lejla, binha weghidna l-Genna, immorru l-Genna flimkien.
_____________________________________________________________________________________________
Nikkonsidraw nikkontemplaw l-ewwel misterju taghna. L-abbundanza tal-hniena ta’ Marija fuq il-qalb ta’ Gesù u mill-qalb ta’ Gesù ssawbet fuq il-qlub, fuq dawk l-gharajjes ta’ Kana. Gesù wassal il-mument tieghu ta’ mhabba, ta’ ferh f’dawk il-qlub, l-gharus u l-gharusa fit-tieg ta’ Kana, tal-Galilea, meta kien spiccalhom l-inbid. U propriju Gesù, ghat-talba ta’ Ommu imur ibierek dawk il-garar bl-ilma u kien tant inbid tajjeb, li kulhadd induna u qal: “Inbid tajjeb hallewh ghall-ahhar?” Il-bicca l-kbira mhux hekk jaghmlu. L-ewwel ituk naqra nbid tajba qabel, imbaghad ihalltu. Imma did-darba le. Gesù jpoggi idejh, bi hniena kbira, allavolja ma kienx interessat fil-kaz, imma ghat-talba tal-Madonna geghlitu jwassal is-siegha tieghu, u hekk ahna llejla ma nistghux nghidu Gesù mhux interessat minna. Ma nistghux nghidu ghadha ma waslitx is-siegha tieghu. Waslet. Gie fid-dinja, miet, u qajjem lilu nnifsu; allura waslet is-siegha tieghu. U propriju llejla, inpoggulu d-diffikultajiet li ghandna, dawk li qed naraw impossibbli, kif kienet haga kbira li minn ilma taghmel inbid tant tajjeb, minghajr gheneb xejn . . . biex jitfa’ l-barka tieghu fuq il-problemi impossibbli li ghandna, huma x’inhuma, huma kemm huma kbar. Ghax Hu stess qal illi jrid jaghmel hniena maghna, iwaddab abbundanza ta’ hniena, ta’ mhabba fuq l-umanità. Nitolbuh fis-skiet, kull wahda minna, u wiehed minna dak li qed naraw impossibbli, u npogguh quddiemu sabiex ibierek dik l-impossibiltà li qed naraw halli titbiddel fi grazzja tant hi sabiha, ta’ gid ghar-ruh u ghall-gisem.
It-tieni misterju, gheziez huti. L-abbundanza tal-hniena ta’ Gesù fil-hajja tieghu issa narawha wkoll waqt li kien ghaddej, u jara mejjet ghaddej. Kienet armla li kellha tifel uniku u Gesù hass, Gesù henn, u ta’ Alla li kien, waqqafhom u qajmu. U proprju huti f’dan il-misterju nitolbu ghal dawk forsi uliedna, hbiebna illi jinsabu f’xi dizgrazzja serja tar-ruh taghhom, sabiex Gesù jsejhilhom, jisimghu l-vuci tieghu u jqumu ghall-hajja tal-grazzja. Nitolbuh ’il Gesù, le huti, mhux biex iqajjem ’il xi hadd minn taghna mill-mewt bhala mewt, imma biex iqajjem ’il xi ruh fil-familja taghna, hbieb taghna, jew xi hadd qalulna biex nitolbu ghalihom. Nitolbuh ’il Gesù, f’gieh il-hniena qaddisa minn tieghu, isejhilhom, jisimghu l-vuci tieghu u jqumu minn dak l-ezilju li jinsabu fih.
It-tielet meditazzjoni. Kien hemm persuna marida fuq l-istretcher u semghu li kien hemm Gesù f’dawk l-akkwati, u tant kien hemm folla li kellhom jaqalghu xi xriek biex inizzluh quddiem Gesù, u Gesù mill-abbundanza tal-hniena tieghu, ghax Gesù kien uman bhalna, mar ifejjqu, mar qallu: “Qum, erfa’ soddtok u itlaq.” Gheziez huti, f’dan il-misterju nitolbu ghall-morda li rrikmandaw ruhhom fit-talb taghna, biex Gesù jaghtihom il-ghajnuna fil-htigijiet taghhom. Nitolbuh ’il Gesù li jekk inhu ta’ gid ghalihom, dak li qed nitolbu, ifittex itihulhom, iferrahhom. Inpoggu wkoll xi hsibijiet ta’ xi persuni li tafu intom, maghqudin mieghi f’dan il-hsieb qaddis.