Laqgha ghall-Gharajjes ta’ Gesù li saret nhar it-8 ta’ Lulju 1998. Ikomplu ma’ dawk li dehru fil-fuljetti ta’ Lulju ta’ l-2003, l-2006 u l-2007.

Dan ix-xahar ma rridx nghid biss fuq l-gharus ghax dan ix-xahar hija festa kbira tal-kunjata wkoll, il-Madonna taht it-titlu tal-Karmnu. Ghandu jkollna devozzjoni min mhux miktub fil-labtu tal-Madonna. Illum anke domna tista’ ggib flok il-labtu, kien hemm dan il-permess mill-knisja. Gheziez huti, u verità, dak li ghamlet il-knisja tikkonfermah il-Madonna.

Jien niftakar sebgha u tletin sena ilu, kont noqghod f’Strada Rjali l-Hamrun, meta kont noqghod ma’ socju tal-Muzew wara li kien talabni Dun Gorg ghaliex kienet mietet il-mama tieghu u kien jibza’. Dur minn hawn dur minn hemm il-Muzew il-Blata l-Bajda, l-Muzew il-Marsa, tispicca fid-disgha, tmur tiekol u fil-hdax ta’ bil-lejl ghadni tiela’ mill-Marsa l-Hamrun anke f’xita u maltemp, tibza’ xejn. U f’nofs il-lejl kont tiela’ fis-sodda u qbadt il-kuruna biex nghid ir-ruzarju. Deher dawl u dad-dawl jiftah, jiccara u jiftah iktar u minn go dad-dawl, minn go din l-ishaba rajt lill-Madonna bil-Bambin f’idejha haj, hekk, jabez f’idejha, liebsha tal-Karmnu bl-iskapular.

Hawn irridkom tifhmu, illi kont ghadni lanqas bdejt nitlobha fuq hadd u nkellimha fuq hadd u kellmitni proprju fuq bniedem, illum mejjet, li kien ftit ta’ zmien qabel zeblahha hafna lill-Madonna, qal hafna hmerijiet kien. Gheziez huti, jien dak il-hin sitta u sitta tnax min kien dak, lanqas idea ma kelli tieghu min kien u proprju tatni l-isem tieghu. Dak il-hin mohhok jikklikkja min hi l-persuna, huti. Hawn hu l-misteru tad-dawl ta’Alla, hawn hu l-misteru kif jahdem Alla. Dak il-hin stess meta semmietli l-isem, il-mohh tieghi jikklikkja. Issa dal-persuna, qed nghidlek, lanqas kien go mohhi. Il-Madonna damet titkellem fuqu. Trid il-konverzjoni tieghu. Domna kwazi saghtejn, dik il-lejla, dak il-hin kienet ghamlet shana kbira Malta tant li l-ahbarijiet qalu ilha ma taghmel shana bhal din mal-mitt sena, niftakar kienu qalu. U jien flok ma hassejt is-shana mort gibt gverta, kellna zewg gvieret fuq siggu fil-gallarija biex nitfaghha fuqi ghax bdejt inhoss qisni dik it-tkexkiexa tal-bard. Gheziez huti, ma stajtx norqod wara. Kliem sabih, komplejna nitkellmu u ghaddiet.

Huti l-ghada ghedt lil Dun Gorg. Filghodu waqt li kont niezel ghall-kappella niltaqa’ mal-mara tieghu dan, kienet sejra tisma’ l-quddies f’xil-hamsa ta’ filghodu. Qaltli “Kif inti Superjur?” qaltli “Kif int dalghodu wiccek, ma tiflahx?” Ghidtilha “Iva, x’taghmel mhux daqqa hekk u ohra hekk.” U hallejtha, hallejtha. Imbaghad ghidt ’il Dun Gorg, qalli dak kien mis-sema. Qies li taghmel dak li qaltlek il-Madonna. Gheziez huti, araw naqra, araw daqxejn Alla kif jahdem fit-toroq tieghu u sadanittant jien ittratenejt ghaddew xi ftit granet u cemplet Madre Gemma. Qaltli “Dak li qaltlek il-Madonna aghmlu.” Issa hadd ma kien jaf b’xejn hlief jien u Dun Gorg, “aghmlu, mur u kellmu lil dak ir-ragel.” Ghidt mela issa ncempillu lil dan is-sinjur. Sadanittant ghedt issa naqbad domna, kellna d-domni hemm, anke tal-Karmnu l-kappella u ntellaghhielu mieghi. Ghidt anzi taf x’naghmel, qabel immur ghandu jekk jghidli ejja llum immur ghand Dun Gorg u nerga’ nberikhielu. U huti, jigi ragel sinjur u gabli domna ckejkna tal-Madonna tad-deheb. Dan ma kien jaf b’xejn. Qalli “Ha” Qalli “din jekk trid zommha int u jekk trid taghtiha lil xi hadd aghtiha.” Ghedtlu grazzi, ghax dik ghandha fejn tmur. Tlajt biha ghand Dun Gorg, berikhieli cempilt lil das-sinjur u s-sinjur qalli “Ejja, nistenniek l-ufficcju.” U mort.

Meta mort, laqaghni hafna. Gheziez huti mbaghad ghedtlu “X’kien ma kenitx il-Madonna merakuluza?” Ghax jien dejjem bl-istatwa mirakuluza kont inkun hawn il-Blata l-Bajda meta kont niehu hsieb il-kappella. Ghidtlu x’kien tal-Karmnu? Qalli “Ghax id-dizgrazzja gratli f’tal-Karmnu li tlift ir-rotta, zgur mhux forsi.” Wahda, it-tieni qalli  “U hemm ohra wkoll.” Ghidtlu ghidli. Qalli “U jien ipprezentat lilha ’l-Madonna tal-Karmnu.” Issa dan huti ragel tad-dnub, araw kif qed jirraguna, araw il-grazzja t’Alla. Beda jibki, libes id-domna, hadha mbaghad kien qerr.

Gheziez huti qed taraw Alla kif jahdem, qed taraw is-Sinjur Alla kif jahdem. Kemm ghandna nitolbu ghall-midinbin. Min jaf it-talb ta’ min kien ghal dal-persuna, li l-Madonna hekk titfacca u ssemmih b’ismu u tridek tbiddillu d-domna taghha.

Hsibijiet Ohrajn