Siltiet minn diskors li sar nhar id-9 ta’ Frar 1999 waqt il-laqgha taz-zghazagh. Ikomplu ma’ dawk li dehru fil-fuljetti ta’ Frar 2004 u 2008.
Kemm inkwiet nidhlu fih!
Qabel tagixxi hu parir halli min qed jisimghek jivverifika naqra.
Ghal hafna huti din id-disgrazzja. Ma nahsbux u jahasra inkunu qed inpoggu fuq mohh haddiehor it-toqla tas-suspetti. Naddattaw ruhna. Irridu nimxu b’attenzjoni. Irridu naraw kollox. Mhux kull tfajla tghodd ghalik.
Iltqajt ma’ wiehed, ghedtlu, “Se tizzewweg?” Qalli, “Iva.” “Kemm ilek tkellimha?” “Tliet snin, ghax issa ddejjaqt nistenna, ridt nizzewweg.” Jiena ndunajt li m’hemmx imhabba bizzejjed. Allura mortlu fuq is-suggett. Ghedtlu, “Kemm-il darba bistha?” “Hallini x’noqghod inhares lejn wiccha,” qalli, “X’inhares lejn wiccha,” qalli, “qabel nitilqu l-good night kiss intihielha fuq idejha,” ghax wiccha qed jimbuttah, imma mbasta jizzewweg! Dawn se joqoghdu flimkien? Heq ghalhekk irridu nifthu ghajnejna. Ghedtlu, “Hi dan mhux zwieg tieghek ta!” Ghax dan ma’ wiccha jrid jghix.
Wahda qaltli, “Kemm ghandu difetti l-gharus tieghi.” Qghadt nismaghha, “Li kieku mhux ghax f’wiccu, ga tlaqtu.” Ghaliex, “Ghax ghandu ghajnejh hekk fic-celest.” Dawk qed izommuha, ghajnejh qed izommuha.
Qed taraw kif naslu biex nirragunaw kultant, kemm nirragunaw hazin. Ahna stess qed nitbissmu, ghax qeghdin kalmi, qed nisimghu, u min jaf kemm inkunu f’affarijiet vicin dil-haga b’mod differenti.
“Se niehdu ghax dak il-papa tieghu ghandu l-lukanda u ghandu hekk u ghandu hekk.” Araw l-imhabba fuq xiex hi mibnija. “Ghalhekk ta ghax kieku ma fihx xi thobb. Ha ngibu ha nurihulek Superjur,” u narah gej maghha. “X’jidhirlek, kemm hu ikrah hux.” Imma kif se tizzewgu? Haga gravissima ruhi, flok tghidilha delitt.
Ghalhekk irridu nifthu ghajnejna u rridu nisimghu minn min itina parir! Ghax ahna jaqa’ qisu ghammad quddiem ghajnejna, jinzel qisu velu, illi ma narawx car.
Gheziez huti rridu naddattaw ruhna, mhux ghax tahseb li m’intix se ssib wiehed, tahseb, “All right, la gie dan, imxi, mhux da gie.” Iz-zwieg mhux hekk u ma tistax timxi bl-impressjoni tas-socjetà.
Irridu nimxu fuq parir individwali. Mhux x’jghid siehbek, mhux x’tghid dik u x’tghid l-ohra. Hemm min tiltaqa’ ma’ xi hadd fis-socjetà u jkun sincier, jghidlek, “Ibni, ma tixraqlekx dik, jew jixraqlek xi haga ahjar.”
Meta inti tfittex il-parir minghajr ma gieghlek xi hadd bilfors, tkun miftuh ghall-opinjonijiet. Miftuh fis-sens qed tghid dak li qed thoss. Irridu naddattaw ruhna. Per ezempju, hafna wisq touched mal-genituri, kemm hu u kemm kultant hi. Li thobb il-genituri, li tghinhom, illi inti tmur tarahom m’hemm xejn hazin, imma mbaghad hu jrid jghix bil-mod tieghek u int trid tghix bil-mod tieghu!
Irridu nghixu l-hajja tas-sagrament bla ndhil. Bla ndhil ilhmuni tajjeb. Jekk ommok qaltlek, “Ibza’ ghall-flus,” ghax qed tarak tberbaq, dik mhix xi haga li m’hix f’postha ta! Imma naghmlu mod itni zbajt xaghrek roza. M’hawn hadd xaghru roza hawn, u giet ommok u qaltlek, “Hemm x’ghamilt?” Jekk hu qallek, “Nixtieq xaghrek roza,” l-aqwa li kkuntentajt lilu inti. M’hemm xejn hazin fiha dil-haga, f’dal-hmerijiet hekk insinifikanti. Qed tifhem.
Pero ma nistghux naghmlu kollox ghax hekk hi l-moda. Il-moda mhix dejjem gejja minn finijiet tajba. Ahna kattolici. Mhux qed nghid ghax tisbogh naqra l-ghatu t’ghajnejk imma certu modi jwaqqghu l-livell u d-dinjità taghna. Ir-ragel irid izomm l-istandard tieghu u t-tfajla trid izzomm l-istandard taghha.
Irridu nzommu ruhna f’postna! Ma nesagerawx! La n-nisa ma jesegeraw f’certu affarijiet zejda u lanqas l-irgiel. Ghalhekk illum qeghdin nizbilancjaw hafna ruhna. Imbaghad nizbilancjaw anke l-istess sess taghna, minghajr ma nkunu nafu. Inkunu dehlin f’rotta differenti. Noqoghdu attenti huti. U Alla l-Imbierek ghalhekk halaqna mara u ragel ghax ir-ragel jimxi l-mixja tieghu ta’ ragel u l-mara timxi l-mixja taghha ta’ mara. Naddattaw ruhna. Ghalhekk hemm bzonn min jifthilna ghajnejna. Ahna ma nkunux qed nittendui. Ikollna bzonn nifthu ghajnejna permezz ta’ xi hadd li jhobbna.
Sib persuna li tafda fiha, “Inti x’jidhirlek, trid tghidli xi haga?” Kun dispost/a. Jekk hemm bzonn jghidlek, “Isma’ tirridikolax lill-gharus tieghek. Taghmilx dik.” Ghax kieku jghidhielha l-gharus tigirfu. Imma almenu ha ssib wiehed xih bhali jghidilha kelma ghall-gid. Ta’ dan nirringrazzjaw lill-Bambin illi ahna nsibu min jifthilna ghajnejna.
Nispicca b’fatt sabih hafna, ta’ zaghzugh kellu tfajla, kienet thobbu hafna u din it-tfajla ghaddiet minn esperjenza iebsa. Dan iz-zaghzugh marad; marad marda serja. Din it-tfajla bis-sabar kollu, bil-pacenzja kollha, baqghet issegwih sal-ahhar. Meta sar jaf, hames xhur qabel ma miet qallha, “Nieqfu ghax jien ghandi dil-marda.” Kien kancer. Qaltlu, “Le, nibqghu flimkien, nibqa’ mieghek.” U assistietu sa fuq is-sodda tal-mewt. U qabel miet, qed tghidli hi stess, qaltli, “Bilkemm felah jitkellem, qalli, dar lejja,” qallha, “Jien se nitlob ghalik mill-Genna,” qallha, “biex ilaqqghek ma’ tifel tajjeb ghax inti taf thobb.” Issa halliha li dan ghal mument ma riedet tara ’l hadd iktar, ghax tant kienet thobbu u x’naf jien, imma providenzjalment huti, Alla l-Imbierek provdielha zaghzugh, illi qaltli, “Kieku qghadt inhabbat bieb bieb u naghzel ma kontx insib dil-kwalità ta’ guvni.” Hawn guvintur tajbin, hawn guvintur jafu jhobbu, bhalma hawn tfajliet jafu jhobbu. Dan il-kaz qalithuli hi stess quddiem dan l-gharus li ghandha prezentament huti. Bin familja tajba, thobb is-sagramenti, qrar, tqarbin.
Gheziez huti npoggu l-fiducja taghna fil-Bambin. Ma nghixux il-hajja tas-sess, ghas-sodisfazzjon, ghax ma naslu mkien. Nikkontrollaw naqra lilna nfusna. Veru z-zaghzugh ikun ghaddej mill-furja ta’ hafna azzjonijiet, imma nemmnu xi jrid Alla l-Imbierek minna. Naharbu d-dnub u nghixu mill-ahjar li nistghu skont il-qalb t’Alla u Alla jippremjana, jippremjana kemm bil-guvni li jkollna u kemm bit-tfajla li nkunu qeghdin inkellmu. Dan nawguralkom.