Hsibijiet tas-Superjur li twasslu nhar l-14 ta’ Jannar 1997 waqt il-laqgha taz-zghazagh. Ikomplu ma dawk li dehru fil-fuljett ta’ Jannar 2005 u 2009.
L-imhabba t’Alla tghinna nkomplu mexjin ‘il quddiem fil-hajja taghna. Issa, la inti bdejt biex thobb lilek innifsek kif irid Alla, mhux l-egoizmu li diga tkellimna fuqu, allura inti thobb ’il-proxxmu tieghek huti. Ma nistax nghid jien inhobb ‘il-proxxmu tieghi meta jiena egoista. Kellu ragun San Gwann jippriedka snin twal “hobbu lil xulxin ghax l-imhabba hija minn Alla, u kull min ihobb huwa mwieled minn Alla u jaghraf ’l Alla.”
Thobb! Kultant tiltaqa’ ma’ nies li ma jafux ihobbu, hlief hsara ma jaghmlux bi kliemhom, bl-ghemiel taghhom, il-finijiet taghhom huma hziena.
Jiena nohrog ma’ tfajla u s’issa m’ghandix hsieb ta’ zwieg. Ghalfejn mela? Ghas-sodisfazzjon tieghi. Dan ma jafx ihobb. Miskin trid tghidlu, miskin. Ara kif se jqatta’ qalb dik it-tfajla, l-aktar jekk tkun taf thobb. Lil din it-tfajla min jista’ jifthilha ghajnejha? Min? Tghidilha kelma ommha - “inti ma tifhimx, injoranta.” Tghidilha ohtha - “ghandek l-ghira ghalih ghax gustuz?” Ikun hemm xi hadd fuq ix-xoghol u jghidilha “torbotx mohhok ma’ dak” - “u zgur ghax ma tajtux wicc!” Eh, gheziez huti dan hu l-kliem li nafu nitkellmu ahna mill-amor proprju taghna. Mela min jista’ jehlisni minn dan il-guvni traditur? Tista’ tkun vice versa ta.
Jekk inkun inhobb veru ’l Alla, Alla se jghinni, Alla se jaghtini d-dawl, li hu l-Ispirtu s-Santu u jien ninduna u nghidlu by by. Però fl-istess hin irrid naghmel sforz fuqi nnifsi.
Ahna tat-tafal, allura rridu naghmlu sforz. Nghidulu jiddispjacini imma daqshekk. Int ghad m’ghandekx esperjenza bizzejjed. ‘Il quddiem tigi u tghidli veru ta. Meta tkun zghir dawn l-affarjiet ma tarahomx. Jekk tisma’ lil min jghidhomlok tghid “dan qed ikabbarhom.”
L-imhabba, irridu naghtu l-imhabba lil xulxin. Imhabba lil xulxin x’jigifieri? Naghmel is-sess? Dik mhix imhabba. Dak egoizmu. Gheziez huti, l-imhabba tikkonsisti f’li naraw il-karattri taghna li jkunu differenti minn ta’ xulxin u nibbilancjawhom. Jien nipprova naghmel mill-ahjar biex inkisser fija dak li ma joghgobx lilu u hi vice versa, jew hu vice versa. Kull parti trid taghmel il-parti taghha.
L-ewwelnett anke mill-familji diga nkunu differenti, l-ambjenti taghna. Wiehed nghidulu tal-mummy ghaliex ara johrog u ma jaghmilx mufler m’ghonqu ghax jiehu rih, ghax il-mummy “oqghod attent ghax tiehu rih”. U kultant it-tfajla tibda tiddejjaq, imma nsomma, eh. “Mhux gej illum ghax naqra l-kesha” ghax il-mummy qaltlu tohrogx ghax il-kesha. Dawn affarijiet li nkunu rridu nirrangawhom gheziez tieghi. Lill-mummy ma taghtihiex tort ghax il-mummy thobbhom lil uliedha, kulhadd ihobbhom. Imma noqoghdu attenti illi ma nesagerawx, inzommu fil-post taghna, post addattat, meqjus. Imbaghad b’mod specjlai jekk jinzerta xi tifel wiehed, li kien ghaliha ommu tmur ix-xoghol minfloku u thallih id-dar. Hazin hafna. Gheziez huti, jekk tkun xi tifla wahda, missierha, mamma mia! Isir id-driver taghha, il-kuccier taghha, fejn trid iwassalha, jehodha qishom ma jezistux karozzi tal-linja. Ara x’bicca xoghol se jkollu r-ragel li jehodha din.
Kemm irridu nirrangaw fina u kemm irridu nirrangaw bl-imhabba. Anke maghna nnfusna, jkun hemm mumenti fejn ghandna bzonn nieqfu u nghidu “jiena naf inhobb? Jien lanqas lili nnifisi m’jien qed inhobb. Kif nesprimi l-imhabba? Jien dik il-haga ghalfejn qed naghmilha?
Kull bniedem ghandu bzonn l-imhabba. Hadd ma jista’ jghix minghajr imhabba. Int min int l-ewwel u qabel kollox taghraf li Alla qed jaghtihielek l-imhabba ghax inkella minghajrha tinzel fil-qiegh, ghax tant thossok lonely u wahdek jekk tinsa li Alla qed jaghtik l-imhabba. Imbaghad jonqos taghna, flimkien, li kull wiehed u wahda minna rridu naghtu, irridu naghtu lil xulxin.
Izzewget, ilha sena mizzewga u ma jridx joqghod aktar maghha, bhalma prezentament dizgrazzjatament qed nisimghu hafna kazijijet.. “Qatt ma kont inhobbok jien.” Mhux veru, giddieb. Mhux billi qed tisimghuh jghid wara sena qatt ma kien ihobbha, jew vice versa hi qatt ma kienet thobbu, mhux veru. Kien hemm xi azzjoni bejniethom li rvillatha, li qed iggeghelha tghid hekk imma in fondo mhux hekk.
L-imhabba ma tintizenx billi ahna npaxxu l-passjoni. Min qed jizen l-imhabba bit-tpaxxija tal-passjoni veru qatt ma habbha jew habbitu. Jista’ jkun, jekk se nkejlu l-imhabba taghna ghaz-zwieg bil-passjoni ma jkun hemm imhabba xejn.
Tghidli “allura superjur gibda ma jridx ikollok?” Jien mhux qed nitkellem minn gibda u sodisfazzjon tal-passjoni, hemm differenza. Tghidli “imma dawn l-affarijiet imbaghad fina jqajmu dawk l-emozzjonijiet li nhossu.” Veru imma dawk iridu jkunu kkontrollati.
Int taf li dik il-haga ma tistax taghmilha u jekk taghmilha se titlef ghax mhux f’waqtha, mhux zmienha.
Anke xitla, anke fjura ghandha z-zmien taghha. Hekk hi n-natura taghna huti.
Gheziez huti ghandna bzonn nifthu ghajnejna.
Irridu nghixu l-imhabba li mhix il-passjoni. L-imhabba mhux is-sodisfazzjonijiet tal-gisem taghna li ma jhallukx tara l-verità fil-bniedem l-iehor, kemm jekk tkun tfajla u kemm jekk ikun il-guvni.