Messagg tal-President:

Messagg ta' Settembru

settembru

San Piju ta’ Pietrelcina
23 ta’ Settembru
Hamsa u Erbghin Sena Adorazzjoni

Gheziez Membri,
            Bl-ghajnuna t’Alla, l-ghaqda taghna, il-Fergha Ewkaristika li twaqqfet mis-Superjur George Grima fl-1965, ticcelebra l-hamsa u erbghin anniversarju mit-twelid taghha fid-9 tax-xahar. Din id-data hi t-twaqqif taghha ufficjalment b’quddiesa li kienet giet iccelebrata mill-ET Mons. Emm. Galea, Vigarju Generali fil-Kappella tal-Museum il-Blata l-Bajda. Is-Superjur kien sejjah l-ewwel tnax-il membru rgiel fi Frar u fix-xahar ta’ Marzu 1965 beda l-ewwel laqgha, nhar l-ewwel Erbgha, sewwasew kif ghadha ssir illum.
            L-ghan principali li twaqqqfet il-Fergha huwa, ‘Biex Gesù Ewkaristija jkun maghruf u mahbub aktar minn kulhadd.’ Dan l-ghan ewlieni gie moghti lill-fundatur minn Gesù Kristu stess.
            Matul dawn is-snin kollha, il-fundatur hadem bis-shih biex bil-kelma u l-ezempji tieghu ahna nikbru fl-imhabba lejn Gesù Ewkaristija. Bi kliem helu u kollu hrara heggigna lkoll biex naduraw lil Alla mohbi fl-Ewkaristija. Tassew li kellu qalbu mimlija bl-imhabba ghal Gesù. Zgur li kull, ‘tahbita tal-qalb tieghu kien att ta’ mhabba u adorazzjoni.’
            Il-hsibijiet li ta’ kull xahar jidhru f’dan il-fuljett fihom tezor spiritwali li l-fundatur kellu mahzun f’qalbu fis-sighat twal li kien jaghmel quddiem is-sagrament wara l-appostolat tieghu tal-Fergha. Esperjenzi fizici u spiritwali quddiem Gesù Ewkaristija jhallu effett ta’ fejda fir-ruh u fil-gisem, bhalma x-xemx thalli l-effett taghha fuq il-gilda tal-persuna. Permezz tal-adorazzjonijiet insiru jew ahjar nitghallmu nhobbu, nifhmu, naghdru u nharsu lejn il-proxxmu bhalma jaghmel Hu. Min jaf kemm gid sar, frott  ta’ das-snin kollha ta’ adorazzjoni, li bdew b’darba fix-xahar ghal darba kuljum u f’xi jiem darbtejn fix-xahar. Gesù hu d-dawl taghna u permezz ta’ dan id-dawl jintilef id-dlam spiritwali taghna.
            Ghalhekk inheggigkom biex inkunu aktar generuzi u mhegga biex inzurih fl-Ewkaristija. Gesù hu t-tama u l-hajja taghna u min irid jghix ghal Alla jkun kapaci jissallab ma’ Kristu.
           
            Il-Paci Maghkom

______________________________________________________________________________________________

GHAL TQARBIN SEWWA
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech,Solennità tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej

Knisja Katidrali – Il-Hadd 6 ta’ Gunju 2010
www.gozodiocese.org                                                                        Ikomplu mal-fuljetti ta’ Lulju u Awwissu 2010


Din mhix kwistjoni ta’ min se jzommok li ma tersaqx jew min sejjer iressqek. Qed nghidilkom it-taghlim Kattoliku x’inhu. Maghmula taghna jekk il-kuxjenzi taghna illaxkaw daqshekk li jghaddi kollox! Jekk wiehed ikun ghamel ghemil li fih innifsu huwa dizordni morali, anki jekk din il-persuna suggettivament ikollha ragunijiet li jiskuzawha jew inaqqsulha l-htija, xorta ma tistax tersaq titqarben jekk tista’ tkun ta’ skandlu ghall-ohrajn.

Imma dan taghlim li qatt ma smajnieh? Kien hemm bzonn dan il-kjass kollu? Issa min mhux qieghed jifhimni f’dan kollu, nitolbu jsib qassis tal-affari tieghu li jghallmu dak li tghallem Ommna l-Knisja u jitolbu jfissirlu dak li jiena qed nghidilkom illejla. Xi hadd ikkummentali fin-negattiv dwar l-istqarrija li ahna l-isqfijiet ghamilna fuq it-tqarbin u dawk li huma f’sitwazzjoni irregolari taz-zwieg. Lil din il-persuna ghidtilha li fil-gudizzju tieghi dik l-istqarrija kien jonqosha sentenza wahda: illi nghidu lil min qieghed f’sitwazzjoni bhal din, imma qieghed f’mixja ta’ konverzjoni, biex ifittex il-gwida ta’ sacerdot. Imma fl-istess nifs lil dik il-persuna zidt nghidilha li ghalkemm gie f’mohhi ndahhal dik is-sentenza, dan m’ghamiltux. Ghax sfortunatament hemm sacerdoti li m’inix lest nafdalhom it-tmexxija tal-kuxjenzi!

Is-sawma u r-ringrazzjament wara t-tqarbin

Barra li nehtiegu nkunu fl-istat tal-grazzja biex nersqu ghall-Ewkaristija, il-Knisja tghallimna hwejjeg ohra importanti li fil-fehma tieghi qeghdin nittraskurawhom. Nghidu ahna, hemm is-sawma ta’ qabel it-tqarbin. Forsi hemm min ma jifhimx ir-raguni ta’ din is-sawma siegha qabel it-tqarbin. Imma dik is-sawma tghinek tistenna l-mument tal-laqgha ma’ Kristu! Ghandha sens pedagogiku, ghax tippreparana talinqas minn siegha qabel! Tfakkarna li mhux il-kaz li wiehed jidhol mit-triq u jibqa’ sejjer “jibla’ l-ostja”. Is-sawma mill-ikel materjali tghinna naghmlu fuqna nfusna kontrolli spiritwali biex niehdu hsieb insewwu l-inkonsistenzi zghar fil-hajja Nisranija.

Barra din il-preparazzjoni ta’ qabel hemm il-mument ta’ ringrazzjament ta’ wara t-tqarbin. Veru illi l-aktar parti qasira fil-liturgija tal-Quddiesa hija mit-tqarbin sal-barka tal-ahhar. Hafna drabi gwaj ghac-celebrant jekk wara t-tqarbin jaghmel pawsa ta’ silenzju, ghax jibdew “jitharrku l-linef”! It-tmiem tal-Quddiesa ma jfissirx li ahna gejna mehlusa milli nieqfu u nkomplu dak il-kollokju tal-qalb ma’ Kristu li nkunu rcivejna gewwa fina bit-tqarbin.