Messagg tal-President:

Messagg t'Awwissu

San Lawrenz, Martri
10 t’Awwissu

______________________________________________________________________________________________


Ix-Xahar ta’ Santa Marija

Gheziez Membri,
            Ix-xahar ta’ Awwissu jfakkarna fil-Madonna, Marija omm Gesù, Marija omm Alla. Dan ix-xahar, il-knisja mqaddsa tipprezentalna lil Marija Santissma mtella’ s-sema bir-ruh u l-gisem, bil-festa taghha nhar il-15 tax-xahar. U fil-gzejjer taghna, Malta u Ghawdex, niccelebraw b’solennità l-festa ta’ Tlugh is-Sema tal-Vergni Marija. Marbut ma’ dan ix-xahar u d-data hafna jfakkru d-dhul tal-konvoj fil-Port il-Kbir. Missirijietna ghallmuna nkunu grati lejn Santa Marija li habbitna u ma hallitniex immutu bil-guh.
            Iva huti, missirijietna wrewna l-imhabba kbira li kellhom ghall-Madonna bit-tempji sbieh li waqqfulha f’giehha ; bizzejjed wiehed izur il-knejjes ddedikati lilha taht it-titlu Santa Marija. Min jaf kemm ghajnuniet tatna bhala ommna meta nitolbuha : ‘…uri li inti ommna’ fit-talba tar-ruzarju mqaddes.
            Santa Bernardina tghidilna li Marija hi wisq sabiha, li taraha darba tkun tixtieq tmut biex terga’ tmur taraha fil-genna. Tassew li l-isem Marija ma jeqdiem qatt. Marija thobbna tassew ghax f’qalbha hemm spazju ghal uliedha kollha. Mhux ta’ b’xejn ghadha twasslilna t-taghlim ta’ binha Gesù, ‘Indmu u ghixu l-kelma t’Alla.’ U l-iskrittura mqaddsa tghidilna li Marija ghaddiet minn maltempati fil-hajja taghha, ghalkemm ma kinitx mara komuni fil-ghajnejn ta’ Alla. Hi kienet ‘il-mara’, il-mara ddeterminata li permezz taghha jitwieled il-Feddej. Gib quddiem ghajnejk omm tara lil binha jinhaqar, imbiccer kollu dmija, ikkundannat ghall-mewt allavolja sabuh bla htija. Marija baqghet miexja wara binha Gesù fit-triq tal-kalvarju, fit-triq tieghu.
            Ejjew nimitaw lil Santa Marija, lill-Madonna omm Gesù u ommna wkoll. Ejjew insellmulha kuljum bit-talba tar-ruzarju, nizzuha hajr, infahhruha biex inpattu ghat-tmaqdir li hi tircievi min-nies ta’ bla ghaqal. U fuq kollox, ejjew nisimghu minnha meta tghidilna, ‘Aghmlu dak li jghidilkom Hu,’ (binha Gesù).
            O Marija omm Alla u omm taghna, minn kull hazen indukrana. Viva Santa Marija.

_____________________________________________________________________________________________

It-tieni Assemblea Generali

Din se ssir nhar is-Sibt 23 t’Ottubru 2010 fis-sala San Piju, biswit il-kunvent ta’ Marija Regina gewwa l-Marsa.

Dawk il-membri inkorporati li ma rcevewx l-avviz li ntbaghat huma mitluba javzawna, b’mod specjali jekk f’dawn is-snin biddlu r-residenza jew in-numru tar-residenza.

_____________________________________________________________________________________________

GHAL TQARBIN SEWWA

Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech,Solennità tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej

Knisja Katidrali – Il-Hadd 6 ta’ Gunju 2010 - Ikomplu mal-fuljett ta’ Lulju 2010

http://gozodiocese.org/

It-twemmin taghna fil-prezenza reali ta’ Gesù fl-Ewkarstija m’ghandux ikun biss tpacpic bil-kliem, imma rridu nuruh bl-imgiba taghna. X’jiswa li ahna jkollna mejda mhejjija tajjeb, imma mbaghad ma nersqux biex nircievu dak l-ikel? Qieghed nitkellem dwar il-qdusija u l-bzonn tat-tqarbin possibbilment kuljum. Issa dahlet id-drawwa li nitqarbnu darba kultant jew forsi darba l-Hadd. Meta naghmlu hekk, minghajr ma nafu, indirettament inkunu qeghdin nibaghtu messagg li ahna ma nemmnux fl-Ewkaristija.


Rispett u qima lejn l-Ewkaristija
Kif ingibu ruhna ahna fil-prezenza tal-Ewkaristija, quddiem Gesù haj? Il-prattika taghna tixhed li hadna wisq kunfidenza mal-Ewkaristija! Nghidu ahna, kif ingibu ruhna malli nidhlu fil-knisja? Nemmnu li hawnhekk ghandna s-Sagrament? Normalment ahna nsellmu lil xulxin, imma hafna jinsew l-ewwel isellmu lil Kristu. Forsi m’ahniex konvinti li Hu qieghed prezenti, u allura jkollna ragun ma nsellmulux! Jekk ma ssellimlux, x’aktarx tkun qieghed tghid li ma temminx li Hu qieghed prezenti.
Kif ingib ruhi fil-prezenza ta’ Gesù Ewkaristija? Ahna tghallimna li gest simboliku u espressiv quddiem il-Maestà Divina huwa propju billi ninzlu gharkupptejna quddiemu. Min tassew jemmen fl-Ewkaristija jghozz l-adorazzjoni Ewkaristika. Imma llum irkupptejna bbiesu wisq biex nitghawgu u ninzlu gharkupptejna, kemm quddiem is-Sagrament espost ghall-adorazzjoni u kemm waqt il-Konsagrazzjoni fil-Quddiesa. Hemm bzonn li ma nibqghux nilaghbu mal-Ewkarstija: fil-mument li Kristu jkun espost solennement fl-ostja, nemmnu jew ma nemmnux li hemmhekk hemm Alla, li ahna dhalna fil-prezenza tieghu? Issa li spiccaw il-Kwaranturi mqaddsa nistaqsi kemm minna sabu ftit hin aktar mis-soltu u gew jaghmluha ftit ma’ Gesù Ewkaristija! Kollox jirrifletti l-profondità tat-twemmin taghna fl-Ewkaristija.

L-istat tal-grazzja u l-mixja tal-konverzjoni

Imbaghad il-Knisja tghallimna illi biex nersqu ghall-Ewkaristija ahna rridu nkunu bla dnub, partikularment bla dnub mejjet. Fi kliem San Pawl, “ha jgharbel il-bniedem lilu nnifsu, imbaghad jiekol il-hobz u jixrob il-kalci”. Il-bniedem jista’ jaqa’ fid-dnub il-mejjet mhux biss b’attività sesswali barra miz-zwieg, imma wkoll b’ghazliet diversi ohra li jaghmel fil-hajja, bhalma huma l-ghazliet fil-kamp tal-hajja, tal-gustizzja, tal-komunjoni, tal-harsien tal-ambjent, u ohrajn. Hu zball li rriducejna d-dnubiet ghal dak li ghandu x’jaqsam mas-sesswalità biss. Huwa taghlim kostanti tal-Knisja li min ikun fid-dnub il-mejjet ghandu bzonn iqerr qabel jersaq biex jircievi l-Ewkaristija. Ghax biex nitqarbnu rridu nkunu fil-grazzja ta’ Alla, u d-dnub il-mejjet icahhad dan l-istat tal-grazzja. Jien ma nistax nersaq nircievi l-Ewkaristija jekk jiena mcappas bid-dnub il-mejjet, u t-taghlim tal-Knisja kien u ghadu illi qabel ma nersaq biex nircievi l-Ewkaristija rrid nersaq biex niccelebra r-rikonciljazzjoni tieghi permezz tas-sagrament tal-Qrar. Imma anki fuq is-sagrament tal-Qrar ghandna xi nghidu!