Messagg tal-President:

Messagg ta' Lulju

Il-Madonna tal-Karmnu
16 ta’ Lulju

______________________________________________________________________________________________

Ahjar uff, mimli ahh!

Gheziez membri,
            Iz-zmien jghaddi u ma jistenna lil hadd. Hekk ukoll ghaddew l-istaguni tar-rebbiegha u x-xitwa, dhalna fis-sajf. Xi whud jifirhu ghax ihobbu jghumu, ohrajn jifirhu ghax imorru xi erbat ijiem Ghawdex jew xi mkien iehor. Ohrajn igergru… uff, xi shana!

            Wahda minn dawn tal-ahhar li kienet, uff xi shana, kienet Joyce. Frida, ohtha l-kbira, wegbitha, “ahjar uff milli ahh.” Huti, il-granet sbieh tas-sajf huma rigal tal-hallieq. Il-holqien sabih Alla taghulna biex ninqdew bih u mhux biex naghmlu li rridu bih. Li gara hu li l-bniedem, ghax aktar jinteressa ruhu fih innifsu, hammeg il-holqien sabih li tana Alla l-Imbierek. B’rizultat ta’ dan, qed naraw u nesperjenzaw tibdil kbir fil-klima, aktar kesha, aktar shana, gharghar u l-bqija. Ghalina l-insara jghodd ukoll il-fatt li hammigna u ghadna nhammgu. X’ahna nhammgu? Qed inkomplu nhammgu l-gisem taghna stess. Dan qed naghmluh bin-nuqqas ta’ dicenza fl-ilbies, fil-kliem u fl-ghemil taghna.

            Tassew li kull ma jmur is-sajf, qed nesperjenzaw xi granet ta’ shana kbira li jhossha kulhadd, kullimkien. Fid-dar, fit-triq, hdejn il-bahar, f’postijiet ta’ divertiment u sahansitra fil-knejjes taghna. Izda b’daqshekk ma jfissirx li ghax inhossu hafna shana m’ghandniex inkunu prudenti fl-ilbies taghna. Qed nghid hekk ghax mhux darba jew tnejn kellna nigbdu l-attenzjoni ta’ xi whud fic-Centru taghna.

            Ghalhekk, inheggigkom u ninkoraggikom biex bhala erwieh ewkaristici nkunu aktar generuzi u kuragguzi quddiem dawk li ghax is-shana, b’ilbieshom ipoggu ohrajn fil-periklu tad-dnub jew ifixklu l-kuxjenza ta’ persuni ohra. Ftakar hija, ohti, li gisimna huwa tempju tal-Ispirtu s-Santu. U min ihobb lil Gesù Ewkaristija ghandu jhobbu u jbati ghalih. U ftakar ukoll li ahjar uff milli ahh.

            Il-Paci Maghkom

_________________________________________________________________________________________________

It-tieni Assemblea Generali

Din se ssir nhar is-Sibt 23 t’Ottubru 2010 fis-sala San Piju, biswit il-kunvent ta’ Marija Regina gewwa l-Marsa.

Dawk il-membri inkorporati li ma rcevewx l-avviz li ntbaghat huma mitluba javzawna, b’mod specjali jekk f’dawn is-snin biddlu r-residenza jew in-numru tar-residenza.

_________________________________________________________________________________________________


GHAL TQARBIN SEWWA
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech,Solennità tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej - Knisja Katidrali – Il-Hadd 6 ta’ Gunju 2010

 
            Lill-Insara ta’ Korintu San Pawl kellu jiktbilhom dak illi smajna fit-tieni qari llum (1 Kor 11:23-26) mhux ghax ma kinux jafu jew qatt ma semghu illi l-Mulej Gesù fl-Ahhar Cena ha l-hobz u bidlu f’Gismu, ha l-inbid u bidlu f’Demmu, imma ghax fil-komunità ta’ Korintu mas-snin kienu nibtu abbuzi kontra l-Ewkaristija. Il-poplu Nisrani ta’ dak iz-zmien kien beda jittratta l-Ewkaristija daqslikieku kienet ikel u xorb iehor, tant illi Pawlu stess jiktbilhom li “kulmin jiekol il-hobz jew jixrob il-kalci tal-Mulej bla ma jixraqlu, ikun hati tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej… Min jiekol u jixrob bla ma jaghzel minn ikel iehor il-Gisem tal-Mulej, ikun jiekol u jixrob il-kundanna tieghu stess” (1 Kor 11:27-29).
            Nispera li ma jkunx hawn xi hadd li jghid li l-Isqof ta’ Ghawdex hu “fundamentalist” ghax qieghed jirrepeti t-taghlim Kattoliku dwar l-Ewkaristija! Propju llum, fis-solennità tal-Corpus Domini, intenzjonalment jew mhux intenzjonalment, kompliet tixtered ahbar li tmur kontra t-taghlim Kattoliku dwar l-Ewkaristija. Jiena nhossni fid-dmir, ghalhekk, illi nfakkarkom x’inhi l-Ewkaristija!

Il-prezenza reali ta’ Kristu fl-Ewkaristija
            Ma nistaghgibx li jinkiteb dak li jinkiteb, jew jinghad dak li jinghad, fi zminijietna! Qed nghixu fi zmien fejn, ghalkemm nidhru li ahna religjuzi, qeghdin nitilfu s-sens tas-sagru, qeghdin nitilfu s-sens ta’ Alla. Haga wara l-ohra, naslu wkoll biex nibdew nittrattaw l-Ewkaristija b’mod li ma jixirqilhiex, biex ma nghidx li nkunu ahna stess li nkattru l-abbuzi tal-Ewkaristija. Inhoss li rridu naghmlu ftit waqfa bhala Knisja u naraw jekk it-twemmin taghna fl-Ewkaristija hux awtentiku jew iddegenerax maz-zmien.
            It-twemmin taghna fl-Ewkaristija huwa tqil ghax ma jinftehimx bir-raguni; imma fl-istess hin huwa taghlim semplici hafna ghal min ghandu l-fidi. Nemmnu li l-hobz u l-inbid, li minn hawn u ftit iehor sejrin intellghuhom fuq din il-mejda tas-sagrificcju, ghall-kelmiet tas-sacerdot “Dan huwa Gismi” u “Dan huwa Demmi”, ghalkemm jibqghu bit-toghma ta’ hobz u nbid, is-sustanza taghhom tinbidel. Dan fis-sens li, waqt li f’halqek tibqa’ ttieghem l-ghagina u l-inbid, nemmnu li ghall-kelmiet tal-Konsagrazzjoni dawn jinbidlu fil-Gisem u fid-Demm ta’ Kristu. Fl-Ewkaristija hemm il-prezenza vera u reali ta’ Kristu l-Iben ta’ Alla, veru Alla u veru bniedem, bl-umanità u bid-divinità tieghu.

Veru li r-rih tal-Protestantizmu, minghajr forsi ma ndunajna, qieghed jonfoh fl-awli liturgici taghna. Ghax il-Protestanti, li huma Nsara, m’ghandhomx l-istess twemmin li ghandna ahna dwar l-Ewkaristija. Ghal hafna minnhom l-Ewkaristija hi biss sinjal jew semplici simbolu. Xi whud minnhom izommu li Kristu huwa prezenti fl-Ewkaristija, imma dan sakemm tispicca l-liturgija taghhom. Filfatt hafna fosthom ma jemmnux bhalna li hemm is-Sagrament fit-tabernaklu. Imma ahna nemmnu li l-hobz ikkonsagrat li jifdal wara l-Quddiesa huwa l-Gisem ta’ Gesù u jibqa’ hekk.