Messagg tal-President:

Messagg ta' Frar

frar

 

San Gwann l-Evangelista, Santa Skolastika u San Benedittu

Fi Frar niccelebraw il-festa ta’ Santa Skolastika

Gheziez Membri,

San Pawl: 60 – 2010 AD

            Ix-xahar ta’ Frar hu marbut hafna ma’ qalbna, Maltin u Ghawdxin. Din is-sena zgur li ser infakkru l-migja ta’ San Pawl b’mod straordinarju, u biex isehh dan l-avveniment gej fostna aktar tard f’April, il-Q.T. il-Papa Benedittu XVI. Hu gej fostna biex jaghlaq ic-centinarju Pawlin tal-konverzjoni taghna ghall-kristjanezmu. San Pawl missierna ghammed lil Malta fil-kristjanezmu 1950 sena ilu. Grazzi Mulej, grazzi mahbub missierna fil-fidi, San Pawl.
            Il-festa li niccelebraw fl-10 ta’ kull Frar ta’ kull sena ghandha tfisser grazzi lill-Mulej li tant habbna li baghat fostna lill-appostlu Pawlu biex wasslilna l-bxara t-tajba, il-vangelu. Kemm jilqaghha bil-qalb il-grazzi taghna kieku ahna l-Maltin u l-Ghawdxin naghmlu bhal missirijietna – inwarrbu d-dlam, il-hazen li qed jahkimna u nhaddnu ghal dejjem id-dawl li wasslilna Pawlu. M’ghandniex inkunu kuntenti biss li isem Malta jissemma fil-Bibbja, ghandna nkunu kuntenti u kburin jekk nghixu dejjem fid-dawl bil-kelma li habbrilna Pawlu aktar minn dsatax-il mitt sena.
            Nistghu nobsru b’liema hegga wasslilna l-kelma missierna Pawlu. Gie jhabbibna bejnietna u ma’ Alla, kif jitlobna u ghallimna Gesù Kristu stess. Ghallimna nhobbu ghax Gesù habb u jridna nuru mhabbitna bhalu lil kulhadd, hbieb u ghedewwa. Ghallimna naghtu spazju lil min inhobbu. Pawlu ghallimna l-imhabba li taf tistabar u thenn, imhabba mhix ghajjura, li ma tiftaharx biha nnfisha; imhabba li ma titkabbarx fuq l-ohrajn. Ghallimna wkoll li jekk tassew inhobbu, ma nzommux f’qalbna d-deni li garrabna u ma nifirhux bl-ingustizzji. Pawlu jridna nifirhu bis-sewwa, u biex tassew inhobbu rridu dejjem naghdru lil xulxin u nissapportu dak kollu li ma joghgobx lin-natura dghajfa taghna. Mela ejjew nistaqsu lilna nfusna: Jien qed nahfer, naghder, inhenn, inhobb bil-qies li jridna nuru Gesù jew qed inzomm xi haga fil-komma ghal xi hadd?  Jalla t-tifkira tal-migja ta’ San Pawl u z-zjara tal-Papa Benedittu fostna jghinuna nikbru flimkien fl-imhabba ta’ Gesù kif xandarha San Pawl.

Viva San Pawl Missierna fil-Fidi!