Messagg tal-President:

Messagg ta' Jannar

jannar

Il-Maghmudija ta’ Gesù
Pittura ta’ Paolo Veronese

Sena Gdida… Grazzi Mulej

Gheziez membri,
            Grazzi Mulej talli ghogbok tislifna z-zmien biex nibdew jew ahjar, inkomplu l-hidma lejn is-sema pajjizna. Hafna minna naghmlu hafna rizoluzzjonijiet, izda ftit jew xejn decizjonijiet ghal matul is-sena l-gdida. Xi drabi nahsbu wkoll li kollox ikun ward u zahar bid-decizjonijiet li niehdu; u xorta wahda nkunu ngannati. Mela x’ghandha tfisser tassew ghalina sena gdida?
            Bla dubju ta’ xejn ghandha tkun sena li matulha, sa mill-bidu nett, niggeddu u nimmiraw ghall-gejjieni b’hajja aktar maghquda mal-Mulej. Dan inkunu nistghu naghmluh billi ntemmu dak kollu li titlob minna l-qalb tal-Fundatur taghna, is-superjur George Grima. Li jitlob minna lkoll imnizzel fir-regola taghna. Kull sena ghandha tkun sfida biex jehodha kontra l-kurrent li joffru l-gibdiet tas-sensi tal-gisem taghna, id-dinja mhassra u ta’ denbu twil. Dejjem niltaqghu ma’ xi haga  gdida hazina li nkunu rridu neqirdu u wkoll xi haga tajba li ma nkunux bdejna nwettquha.
            Jehtieg li ma noqoghdux inhallu mil-lum ghal ghada. Ibda issa mhux imbaghad, ibda issa stess. Ghin bit-talb u bil-prezenza tieghek fl-appostolat tal-Fergha. Sahhah dan l-appostolat jew hidma tieghek bl-ezempji kullimkien, wahdek, mal-hbieb, fic-Centru taghna l-Marsa, fil-hin liberu, fid-divertiment tieghek. Tkun fejn tkun uri li inti bniedem moghni bi spirtu ewkaristiku. Tinsiex x’ghallimna l-fundatur taghna, “Norbtu r-rieda taghna m’Alla, mhux biss f’dawk il-hwejjeg li joghgbuna izda wkoll f’dawk il-hwejjeg kontra qalbna.”
            Biex tkun tista’ taghmel dan, tfalli qatt quddiesa u tqarbina u mumenti ta’ adorazzjoni. Dawk il-mumenti quddiem Gesù Ewkaristija jiswew mitqlu deheb. Jiswew rebha fuqek innifsek meta inti tahfer u rebha fuq min ikun ghamillek l-offiza. Hija, ohti, xi drabi jirnexxielna nwettqu ghemil ta’ persuna erojka bit-tghakkis kontinwu tas-sensi taghna li jikkawzalna d-dnub u l-qtugh ta’ qalb fl-imhabba lejn Gesù Ewkaristija.
            Mela ejjew ilkoll kemm ahna, nuru aktar interess f’dak kollu li toffrielna l-ghaqda taghna sabiex meta nezaminaw lilna nfusna ma nisthux minna nfusna stess u b’hekk tassew li jkollna sena tassew tajba.
            Is-sena t-tajba kif tixtieqha ruh ewkaristika lil kulhadd.


Hsibijiet Spiritwali

ITTRA PASTORALI GHALL-AVVENT 2009 -SEJHULHOM KRISTJANI (Atti 11,26)
Siltiet mill-ittra pastorali.
http://maltadiocese.org/

It-Twegiba taghna

  • nindirizzaw ‘il-Poplu taghna kollu, u b’mod specjali lil dawk li verament qeghdin ifittxu b’impenn li jkunu membri shah u impenjati tal-Knisja Kattolika f’pajjizna.
  • Sidna Gesù Kristu kien digà qal li gie fid-dinja biex igib il-firda (ara: Lq 12, 51). Imma, ghal Gesù, din il-firda hija temporanja, biex jidher ahjar il-messagg f’dawk li jimpenjaw ruhhom biex jghixu l-messagg tieghu. F’min jemmen, din il-firda iktar tnissel fih ix-xewqa li ohrajn jinghaqdu mieghu f’dak li jemmen fih. Kull komunità nisranija f’kull zmien, fil-ghan li twassal il-messagg ta’ Gesù lil kulhadd, trid tahseb li taghmel esperjenza ta’ din il-firda.

Kif se nwettquha?

  • Persuna tidhol fil-Knisja Kattolika permezz tas-sagrament tal-Maghmudija. Fil-maghmudija in-nisrani jghaddi minn, u jircievi l-grazzja li harget mill-mewt u l-Qawmien ta’ Gesù. Hija grazzja li tigi offruta lill-bnedmin kollha. Izda ladarba hija offerta, titlob li persuna, liberament, tilqa’ din l-offerta. Fil-kaz ta’ tarbija, il-genituri jilqghu din l-offerta u jghammdu lit-trabi taghhom, ghaliex huma jixtiequ jghaddu lil uliedhom il-Fidi taghhom fi Kristu fi hdan il-Knisja. Meta persuna ssir adulta, jigifieri tkun tista’ taghmel id-decizjonijiet taghha, hija trid tikkonferma din id-decizjoni liberament, inkella ma tkunx qieghda thalli l-grazzja tahdem fiha. Dawn id-decizjonijiet jimplikaw li wiehed ihaddan il-hajja u t-taghlim ta’ Sidna Gesù Kristu. Il-maghmudija u l-konferma taghha jikkorrispondu mas-sejha ta’ Gesù lid-dixxipli tieghu: “Ejja warajja”. Din hija l-‘kuxjenza kollettiva’ li jidhol ghaliha n-Nisrani.
  • L-istess haga tigri per ezempju meta wiehed jaghzel li jidhol fi grupp ambjentalista, jew tal-isports ecc. Kulhadd ikun jaf il-‘kuxjenza kollettiva’, l-finalitajiet tal-grupp li jkun dahal fih: ghalhekk ghazlu. L-ghazla jkun ghamilha meta ddecieda li jidhol jew ma jidholx f’dak il-grupp. Mill-ghazla li jkun ghamel, johorgu d-decizjonijiet kollha tieghu, jew ghallinqas ikejjel id-decizjonijiet tieghu ma’ din il-‘kuxjenza kollettiva’. Hija l-istess konkluzjoni logika li jridu jaghmlu l-membri tal-Knisja Kattolika biex ihossuhom membri shah tal-Knisja. Iktar ma jghaddi z-zmien iktar qed jinhass il-bzonn li kull wiehed u wahda minna jaghmel din il-ghazla. Gesù ghamel din il-firda fost dawk li kienu jkunu jisimghuh b’din l-offerta: “Imxi warajja” (Lq 9,59). Huma dawk biss li qalu ‘Iva’ lil Gesù li saru verament ‘tieghu’! Tant hu hekk li f’Antjokja, “id-dixxipli ghall-ewwel darba, sejhulhom ‘Kristjani’” (At 11,26).
Hafna minna rcevejna l-fidi taghna minn hdan kultura li kienet tghaddilna l-Fidi u r-Religjon Nisranija: mal-Fidi taghna kellna kultura li tipprotegina. Il-kultura llum ghandha wkoll xi ideat taghha li xi drabi jbeghduna mill-Mulej. Dan ifisser li min ma ghamilx din id-decizjoni konxja, ta’ adult, li jimxi wara l-Mulej, jibqa’ jsejjah lilu nnifsu Nisrani, izda facli jitmexxa bil-kultura tal-mument: ikun iktar jirrifletti lilha milli lil Kristu.