Matul l-adorazzjonijiet naghmlu uzu mill-ktieb mahrug mill-Fergha Ewkaristika bl-isem - Gabra ta’ Talb u Kant.

 

Adorazzjoni Numru 48

Matul l-adorazzjonijiet naghmlu uzu mill-ktieb mahrug mill-Fergha Ewkaristika Ewkaristika bl-isem - Gabra ta’ Talb u Kant.

Suggett: Naghzlu lil Gesù, anke jekk ta’ madwarna jwarrbuna. Izda l-effett hu l-paci fil-qalb.

1.         Vista lil Gesù Sagramentat.

2.         Mulej Gesù, ahna ngbarna hawn madwarek ghax ahna nemmnu li Int prezenti fostna. Sahhah il-fidi taghna f’dan is-sagrament hekk tal-ghageb.
                  Gesù, ghalkemm nghidu li nemmnu li Inti prezenti fostna bil-gisem, bid-demm, bir-ruh u bid-divinità, izda bl-imgiba taghna ma tantx nuru li nemmnu fil-prezenza reali tieghek! Kieku nemmnu li Inti haj quddiemna ma ngibux ruhna ahjar? Kemm-il darba nidhlu fil-knisja u flok ma naghmlu vista lilek, induru l-altari tal-qaddisin u lilek inhalluk ghall-ahhar! Jekk ma ninsewkx ukoll. U kemm isir tpacpic bla bzonn fil-knisja! U xi nghidu ghall-ilbies li ma jixraqx fil-knisja, id-dar tieghek? Kieku jkollna stedina minn xi persuna prominenti, konna ngibu ruhna kif qed ingibu ruhna mieghek?
                  Gesù, Inti taf kemm ahna dghajfa. Aghdirna u nissel fina rispett lill-prezenza tieghek fl-Ewkaristija. Ahfrilna Gesù, ghax meta nahsbu sewwa fuq il-prezenza tieghek ahna nhossuna fil-genna tal-art. Ghalhekk Gesù, ghinna ngawdu minn din il-prezenza tieghek fostna.

3.         Santu Wistin kien bniedem li daq hafna minn dak li taf taghti d-dinja, izda meta gharaf l-imhabba li ghandek ghalina f’dan is-sagrament mar jesklama t-talba, “O Sagrament ta’ Tjieba” li tinsab f’pagna 30, fil-ktieb tal-Fergha Ewkaristika. Nitolbuha flimkien.

4.         L-Ewkaristija hija l-ikbar rigal li Alla seta’ jaghti lill-umanità. Ahna l-bnedmin niehdu gost meta nircievu xi rigal, izda kull rigal li nircievu jew jintemm jew irridu nhalluh warajna.
            Izda r-rigal li tana Gesù, la jintemm u lanqas m’hu se nhalluh warajna. Ir-rigal t’Alla huwa Alla innifsu. Ghalhekk kif tista’ ma tfahharx lil Alla ta’ dan ir-rigal, “Hu nnifsu”?         Insibu pagna 51, biex nitolbu flimkien it-talba “Talb u Tifhir ’l Alla.”

5.         Gesù tant jinsab fostna li permezz tal-Vangelju minn San Luqa, Kapitlu 12. versi 49 sa 53, se jsemmaghna l-Kelma tieghu permezz tal-vuci li se taqra l-Vangelju. Nisimghuh b’attenzjoni daqs li qed ikellimna Hu.

6.         Gesù qed jghidilna li gie jqabbad nar. X’inhu dan in-nar? Gesù qed jghidilna mhux dwar in-nar li nuzaw biex nishnu bih, izda dwar in-nar tal-imhabba t’Alla u tal-proxxmu. Meta lil Gesù staqsewh liema huwa l-aqwa kmandament, wegibhom: “L-ewwel u l-aqwa kmandament huwa dan, ‘Hobb lil Alla b’qalbek kollha, b’ruhek kollha u bil-forzi tieghek kollha, u lill-proxxmu tieghek bhalek innifsek.’”
                  L-imhabba t’Alla u dik tal-proxxmu jmorru flimkien. Ghax kif tista’ thobb ’l Alla li ma tarax u ma thobbx lill-proxxmu tieghek li tara? Mela kieku hawn l-imhabba t’Alla u tal-proxxmu nisimghu b’dawn id-dizastri? Nies li jmorru biex jaghmlu l-gid, jinzammu ostaggi u sahansitra jinqatlu? Dawn huma martri tal-imhabba li Gesù gie biex iqabbad.

7.         Id-dinja ghaddejja minn dizastru! Kulhadd jitkellem dwar il-paci, izda l-paci ma ssehhx ghax il-paci hija frott l-imhabba t’Alla u tal-proxxmu. F’pagna 128, fil-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika, ghandna t-talba ta’ San Frangisk, “Mulej Aghmilni Strument tal-Paci Tieghek.” Ejjew nitolbuha flimkien biex Alla jinqeda bina biex nibdew inwasslu l-paci fil-familji taghna.

8.         Meta tisma’ dan il-Vangelju, donnok bhal tithawwad u tghid, “Dan Gesù kif qed jitkellem illum? Dan mhux is-Sultan tal-Paci!” Gesù qed jghidilna li ma nistghux naqdu zewg sidien. Gesù qed jghidilna li rridu naghmlu ghazla. U l-ghazla bejn Gesù u hwejjeg ohra, hafna drabi jkollha prezz xi ftit gholi.
                  X’irrid nghid b’dan? Kemm drabi fuq ix-xoghol il-kliem jaqa’ fuq ir-religjon u forsi xi hadd minna jghid li jattendi l-knisja ghall-quddies u s-sagramenti! Tisma’ lil min jghidlek: “Mela inti ghadek temmen b’dawn l-affarijiet?” Int thossok xi ftit umiljat, izda fil-fond ta’ qalbhom ikunu qed jammirawk ghax fik jaraw bniedem ta’ principju. Min-naha l-ohra, inti thoss sodisfazzjon li ma gejtx imkaxkar u influenzat mill-propaganda qarrieqa tal-kotra.
                  X’aktarx li ghal xi ftit se tkun imwarrab, izda l-paci li Gesù jnissel f’qalbek hi xi haga li ma titfissirx. Hafna drabi dawn l-istess talin, jersqu jifthu qalbom mieghek dwar il-problemi li jkunu ghaddejjin minnhom, u jitolbu l-ghajnuna tieghek kemm spiritwali kif ukoll materjali.

9.         Jekk trid tghix hajja li tkun tista’ tkampa maghha bil-problemi u d-diffikultajiet tal-hajja, hemm bzonn li timxi fuq il-passi ta’ Gesù li jwassalna ghand il-Missier. Hu li jiehu hsieb l-ghasafar tal-ajru mhux se jiehu hsieb taghna l-bnedmin, mahluqa xbiha tieghu? Ejjew minn pagna 125, mill-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika nitolbu t-talba, “Gesù Biss,” u nserrhu l-qalb taghna mieghu.

10.       Ilkoll kemm ahna midinbin; min ftit u min hafna. Izda l-imhabba u l-paci li jaghti Alla hi xi haga li biex tifhimha trid iggarrabha. Din il-paci jsibuha dawk kollha li b’qalb niedma u soghbiena jersqu lejn Alla, u waqt li jistqarru dnubiethom permezz tas-sagrament tal-qrar, jiksbu l-mahfra u l-paci tal-qalb. Ejjew nisimghu Salm 32, fejn jitkellem dwar il-hena ta’ min jaqla’ l-mahfra.

11.       Dan is-salm li ghadna kif smajna, ikellimna dwar il-paci u l-hena li jgawdi kull min jiehu l-mahfra t’Alla. San Gorg Preca li kien bniedem li ghex fil-prezenza t’Alla, ghamel dik it-talba, “Ruh Niedma Titkellem ma’ Alla.” Tinsab f’pagna 56, fil-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika. Nisimghuha flimkien u naghmluha taghna.

12.       Gesù, minn fuq is-Salib, mar ihalli lil Marija Santissima b’Omm tal-bnedmin kollha. Din hija missjoni fdata f’idejha minn binha Gesù. Sa minn dak il-mument hija bdiet twettaq din il-missjoni u ghadha twettaqha sa issa. Forsi mhux ghalhekk dejjem gejja tkellimna biex nitolbu u naghmlu penitenza ghall-midinbin? Marija taf x’sofra binha biex ipatti ghall-htijiet tal-bnedmin u ma trid lil hadd li jintilef. Ghalhekk ejjew minn pagna 149, mill-ktieb tal-Fergha Ewkaristika, nitolbu, “Talba lill-Madonna,” li ghandha relazzjoni specjali mat-Trinità Qaddisa.

13.       Adorazzjoni ta’ l-Ewkaristija u Offerta tal-Pjagi.

14.       Ikun Imbierek Alla. Pagna 12.

15.       Ikun imfahhar Gesù Ewkaristija. Ghal dejjem ikun imfahhar.

TMIEM.