Matul l-adorazzjonijiet naghmlu uzu mill-ktieb mahrug mill-Fergha Ewkaristika bl-isem - Gabra ta’ Talb u Kant.

Suggett: Il-Hsad kbir imma l-haddiema ftit [Lq 10 : 1-9]

L-ezempju tas-sacordoti, religjuzi u lajci jheggeg aktar vokazzjonijiet?


Vista lil Gesu Sagramentat

Ninsabu migburin hawn quddiem Gesù Sagramentat. X’inhu dak l-element li jghaqqadna lkoll? Din hi l-fidi f’Gesù Kristu. Din hi l-fidi li fl-ostja kkonsagrata hemm Gesù nnifsu haj, it-tieni persuna tas-Santissma Trinità, Alla jinsab haj bir-ruh u bil-gisem. X’rigal kbir tajtna ghaziz Gesù meta ghazilt li tibqa’ fostna f’dan is-sagrament divin! X’rigal tajtna meta ghazilt li tibqa’ daqshekk vicin taghna fit-tabernakli kollha tad-dinja. Int li int Alla ghazilt li tibqa’ vicin taghna l-midinbin sabiex taghtina l-farag, l-ghajnuna, il-kuragg. Ghaziz Gesù ghandek insibu l-protezzjoni, il-wens, it-tama. Vera li d-dinja u hajjitna hi mimlija sfidi, xi whud minnhom difficli, pero l-prezenza tieghek fostna taghtina l-hajja. Int id-dawl f’wied mudlam, int l-gherf, int it-tama, int taghti l-hajja li min ihossu mejjet spiritwalment, ghal min ihoss vojt kbir f’hajtu. Ghalhekk nitolbuk tghinna nharsu l-fidi taghna fik. Ghinna nghixu l-fidi taghna billi nghixu t-taghlim tieghek. Ghinna nkunu ta’ ezempju ghat-tfal li jarawna, ghaz-zghazagh li josservawna, ghall-familji li huma l-benniena tas-socjetà u tal-Knisja u ghall-anzjani sabiex inkunu ta’ farag fit-tbatijiet taghhom u mhux inhalluhom fis-solitudni. Niftakru fis-sagrificcji li l-anzjani ghamlu sabiex rabbewna, ghallmuna, mexxewna.

Flimkien naghmlu Att Ta’ Adorazzjoni li fil-ktieb tal-Fergha Ewkaristika nsibuh pagna 7.

Qari mill-Evangelju ta’ San Luqa, kapitlu 10 versi 1 sa 9.

Din is-silta li ghadna kemm qrajna tibda hekk ‘il-Mulej ghazel tnejn u sebghin u baghathom.’ Tajjeb li f’dan il-hin nirriflettu fuq dan il-fatt daqshekk importanti. ‘Il-Mulej ghazel.’ Iva, Alla kien, ghadu u jibqa’ jaghzel haddiema ghall-ghalqa tieghu. Dawn il-haddiema jistghu jkunu sacerdoti, jistghu jkunu religjuzi u jistghu jkunu lajci. Kull min jemmen hu maghzul . . . kull min jemmen hu lajk . . . kull min jemmen hu maghzul biex ikun haddiem fl-ghalqa tal-Mulej. Dan ifisser li ahna lkoll maghzula minn Alla biex nahdmu mieghu. Kemm hi ahbar ta’ kuragg! . . . M’hemmx dubju li meta wiehed jinghazel biex imur jahdem f’post importanti jhossu kburi li nghazel. Issa ahna li nghidu li nemmnu nhossuna kburin li Gesù ghazilna? Qabel xejn konxji tal-fatt li Gesù ghazilna? Kemm qeghdin niehdu dan l-impenn bis-serjetà? Jekk il-Mulej sejhilna x’qed tkun it-twegiba taghna? Xammarna l-kmiem jew irrifjutajna li nikkollaboraw ma’ Gesù? Qed nahdmu spiritwalment jew qed nitghazznu? Ghalaqna widnejna ghas-sejha ta’ Gesù jew gharafna u accettajna r-rieda tieghu? L-impenn u r-rabta tal-vokazzjoni qed ibezzghuna? Il-materjalizmu, il-libertà, il-kumdità, il-poter, il-fama, id-dmir, l-impenn . . . X’ghazliet qed naghmlu f’hajjitna?

B’dawn il-hsibijiet f’mohhna, ejjew issa nsibu pagna 122 mill-ktieb tal-Fergha Ewkaristika u nitolbu t-tabla Ikun li Trid Int Mulej.

Il-Malti jghid il-kliem ikarkar u l-ezempju jkaxkar. Kemm hu qawl importanti anke fil-hajja spiritwali ta’ kull wiehed u wahda minna. Anke San Frangisk stess tenna dan il-hsieb meta qal morru ppriedkaw, fejn ikun hemm bzonn tkellmu. Dan ikompli jishaq fuq l-importanza ta’ l-ezempju li naghtu. Hawn tajjeb li nistaqsu lilna nfusna, sew jekk jien sacerdot, kemm jekk jien religjuz, kif ukoll jekk jien lajk . . . b’hajti x’ezempju qed naghti lil ta’ madwari? X’influwenza qed inhalli jien fl-ambjent fejn inkun? Ta’ madwari qed jaraw lil Alla fija jew qed inkun ta’ skandlu? Qed jaraw spiritwalità jew qed jaraw indifferenza? Il-Papa Gwanni Pawlu II fl-enciklika tieghu Ecclesia de Eucharistia sahaq fuq l-importanza u l-effett ta’ l-ezempju. Min jaf kemm-il darba bl-imgiba konna kawza sabiex xi persuni jwarrbu l-fidi . . . Min jaf kemm-il darba bl-ezempju taghna persuni tilfu l-fiducja taghhom f’Alla, fil-Knisja, fis-sacerdoti u f’dak kollu li ghandu x’jaqsam mar-religjon. Fl-istess hin min jaf kemm l-ezempji ta’ sacerdoti, religjuzi u lajci kienu ta’ gid biex ressqu persuni lejn il-fidi, lejn il-Knisja, lejn is-sacerdot u lejn hajja ta’ impenn fil-knisja. Ghalhekk ejjew nirriflettu ftit fuq l-ezempji u l-messaggi li qed naghtu li ta’ madwarna bl-istil ta’ hajja li nghixu.

Fid-dawl ta’ dawn il-hsibijiet taghna, ejjew nitolbu lil Alla jghinna sabiex f’hajjitna nkunu ta’ ezempju tajjeb. Ghalhekk insibu pagna 9 mill-ktieb tal-Fergha Ewkaristika u naghmlu flimkien Offerta tar-Ruh lil Gesù Ewkaristija.

F’din it-talba stqarrejna li int xhud ta’ kull ma nahseb . . . int xhud ta’ kull ma nghid . . . int xhud ta’ kull ma naghmel. Ghalkemm ta’ madwarna jistghu jisimghu dak li nghidu u jaraw dak li naghmlu, difficli li xi hadd ikun jaf x’inhu ghaddej minn mohhna. Imma Alla jaf b’kull hsieb li nahsbu, jaf b’dawk il-hsibijiet qaddisa taghna imma jaf ukoll il-hsibijiet hziena fuq hajjitna u fuq il-proxxmu . . . Alla huwa wkoll xhud ta’ kull ma nghidu . . . Id-diskors taghna hu pozittiv jew negattiv? . . . X’diskors nuzaw fuq il-proxxmu, persuna li tigi f’ilsienna nkissruha jew insemmu t-tajjeb taghha? . . . Dak li hu tajjeb f’hajjitna narawh jew mohhna biss biex ingergru u mmaqdru? . . . Id-diskors taghna hu safi jew mimli vulgarità jew dagha? . . . Id-diskors taghna jaghti hsibijiet tajbin jew ixerred hsibijiet hziena bhal kif nistghu nqarrqu bil-proxxmu, jew x’siti pornografici sibt fuq l-internet jew xi stazzjon pornografiku sibt fuq is-satellita? . . . Alla hu xhud ta’ kull ma naghmlu. L-istess in-nies ta’ madwarna tfal, uliedna stess, zghazagh, anzjani, haddiema kollegi taghna, dawn kollha huma xhieda ta’ l-imgiba taghna. Dawn in-nies kollha li jarawna u josservawna ta’ kuljum x’imgiba qed jaraw? . . .Qed jarawna naghmlu xogholna sew u naghtu l-hin taghna fuq ix-xoghol jew qed jarawna niskartaw jew ma naghmlux xogholna sew? . . . Fl-imgiba taghna qed jaraw karità jew serq? . . . Hemm hafna mistoqsijiet x’wiehed jista’ jistaqsi, ghalhekk ejjew inkomplu naghmlu ftit mumenti ohra ta’ riflessjoni u nistaqsu lilna nfusna, jien li nghazilt minn Gesù bhala haddiem tieghu x’rizultat qed inhalli?

Ghaziz Gesù, int ghaziltna ghalik u qalbna ma ssib qatt kwiet jekk ma tistriehx fik. Hekk jistqarr Santu Wistin u hekk se nitolbu permezz tat-talba ta’ dan il-qaddis hekk kbir. Int ghaziltna haddiema ghalik u ghalhekk se nkomplu nimpenjaw ruhna, se nkomplu nghixu hajjitna mibnija fuq l-imhabba taghna lejk u fuq it-taghlim tieghek. Ghalhekk ejjew insibu pagna 130 mill-ktieb tal-Fergha Ewkaristika u nkomplu nitolbu permezz tat-talba ta’ Santu Wistin Lilek Biss Inhobb Mulej.

Haddiema importanti ferm fl-ghalqa tal-Mulej huma s-sacerdoti u r-religjuzi. Xi grazzja u rigal kbir ghal pajjizna li huma mzejna b’numru sabih ta’ sacerdoti u religjuzi. Vera li llum il-gurnata n-numru mhux bhal qabel imma wiehed jista’ jgawdi mis-servizzi li joffru ta’ kuljum. Xi grazzja kbira li nsibu numru sabih impenjati f’oqsma differenti tal-hajja, xi grazzja kbira li wiehed jista’ jisma’ l-hsibijiet ta’ dawn il-persuni kwazi ta’ kuljum fuq mezzi differenti tax-xandir. Kemm gid isir meta dawn il-haddiema maghzula minn Alla jaghtu ezempju ta’ mentalità kattolika, jaghtu ezempju ta’ diskors kattoliku, jaghtu ezempju ta’ mgiba kattolika. Kemm ikunu ta’ dawl ghall-qlub imdallma tas-socjetà, kemm ikunu ta’ dawl ghad-djar imdallma li nsibu fil-bliet u l-irhula taghna. Kemm ikunu ta’ ezempju meta s-socjetà tara fihom lil Kristu, meta s-socjetà tara sacerdoti u religjuzi ewkaristici . . . X’gid isir meta s-socjetà tara sacerdoti u religjuzi devoti lejn l-Ewkaristija . . . Kemm issir aktar qaddisa t-tqarbina taghna meta nisimghu sacerdoti u religjuzi li jkomplu jghallmuna biex nitqarbnu minghajr d-dnub il-mejjet . . . Kemm nies iressqu lejn l-Ewkaristija u l-adorazzjoni meta s-socjetà tara sacerdoti u religjuzi adoraturi. Hekk stqarr Il-Papa Gwanni Pawlu II fl-enciklika tieghu Ecclesia de Eucharistia meta qal ‘jekk l-Ewkaristija hija c-centru u l-quccata tal-hajja tal-Knisja, hekk ukoll hija c-centru u l-quccata tal-ministeru sacerdotali.’ . . . X’gid isir meta persuna ssib sacerdot li jaghtiha direzzjoni spiritwali mibnija fuq it-taghlim ta’ Kristu . . . X’gid isir meta persuna ssib sacerdoti li jiddedikaw hin ghall-qrar u persuna tiftah qalbha mas-sacerdot . . . X’gid isir meta l-persuna jkollha fiducja fis-sacerdot tant li ssib il-kuragg biex tistqarr id-dnubiet taghha u ghalhekk tircievi l-mahfra u ghalhekk titqarben b’mod tajjeb. Il-gid li jista’ jsir minn sacerdoti u religjuzi li jiehdu l-impenn taghhom bis-serjetà hu infinit u jolqot lil kulhadd tfal, zghazagh, familji, anzjani, morda . . . Ghalhekk f’dan il-hin ta’ skiet ejjew nitolbu sabiex l-ezempju li naraw mis-sacerdoti u r-religjuzi jkun mera tad-diskors taghhom li jkun mibni fuq it-taghlim ta’ Kristu.

Mimlijin bix-xewqa li s-sacerdoti u r-religjuzi jghixu hajja qaddisa sabiex ikunu ta’ ezempju ghalina l-lajci ejjew insibu nitolbu t-talba Aghtina Sacerdoti Qaddisin, li fuq il-ktieb tal-Fergha Ewkaristika tinsab f’pagna 132.

Ghaziz Gesù, int zejjint lis-sacerdoti b’tant doni u b’tant gherf li jistghu jkunu ta’ ghajnuna lis-socjetà fl-aspetti u l-oqsma kollha. Aghmel li bl-ezempji, bil-pariri, bid-diskorsi u bid-decizjonijiet taghhom huma jahdmu ghall-unur u ghall-glorja tieghek sabiex int tkun maghruf, mahbub u adorat minn kulhadd. Dan sabiex is-socjetà tkompli taghrfek fl-Ewkaristija. Dan sabiex is-socjetà Maltija ta’ llum taghraf mill-gdid il-valur u l-importanza tat-taghlim tieghek li jaghti dinjità lill-bniedem. Ghalhekk ghaziz Gesù aghmel li huma jghallmu u jghixu t-taghlim u mhux ikunu ta’ skandlu bl-imgiba taghhom. Nitolbuk ghall-awtoritajiet ekklezjastici li jibqghu vigilanti fuq il-hajja tal-haddiema ta’ Kristu sabiex kemm jista’ jkun hadd ma jkun ta’ skandlu ghall-proxxmu li qed josserva l-hajja tieghu. Nitolbuk ukoll biex ikunu ta’ ezempju billi jghixu dak li jippridkaw. Dan billi jzommu mas-sewwa, izommu mal-verità li hi wahda ghax Kristu hu l-verità. Kristu stess qal li kliemkom ghandu jkun iva, iva, le, le. B’hekk l-impenn tas-sacerdoti jghin biex drawwiet hziena kemm jista’ jkun jitnaqqsu jew idealment jispiccaw. Ghaziz Gesù aghmel li l-impenn jittiehed bis-serjetà u b’mod spiritwali sabiex idawlu lid-dinja billi jmexxu s-socjetà lejn il-perfezzjoni. Ghalkemm wiehed jista’ jghid li hajja ideali ma tezistix pero wiehed ghandu jipprova jersaq lejha. Dak li qal il-Papa Gwanni Pawlu II fl-enciklika tieghu Ecclesia de Eucharistia meta stqarr li Alla ta’ spiss jinqeda bl-ezempju ta’ karità pastorali ta’ xi sacerdot sabiex jizra u jizviluppa fil-qalb ta’ zaghzugh iz-zerriegha hajja tas-sejha ghas-sacerdozju nistghu narawha f’hafna bliet u rhula Maltin u Ghawdxin. Il-Papa kompla stqarr li ‘mic-centralita ta’ l-Ewkaristija fil-hajja u fil-ministeru tas-sacerdoti tohrog anke c-centralità taghha fil-pastorali b’risq il-vokazzjoni sacerdotali. Hu fl-Ewkaristija illi t-talba herqana ghall-vokazzjonijiet issib l-aqwa unjoni mat-talba ta’ Kristu, is-Sacerdot il-kbir u etern.

Int ghaziz Gesù ghedt li l-hsad huwa kbir. Fid-dawl ta’ dan u fid-dawl ta’ aktar impenji ghas-sacerdoti u r-religjuzi, ejjew issa nitolbu ghall-qudsija tal-kleru sabiex quddiem l-isfidi tas-socjetà ta’ llum, quddiem ir-responsabbiltajiet taghhom huma jghixu l-hajja tal-qdusija u b’hekk ikunu ta’ ezempju ghas-socjetà. Meta s-sorijiet ta’ Madre Theresa bdew jikkonfondu peress li kien qed jizdied ix-xoghol, id-decizjoni taghha kienet li jizdied il-hin ta’ l-adorazzjoni. L-istess rega’ tenna l-Papa ftit granet ilu meta heggeg lis-sacerdoti sabiex aktar ikunu nies ta’ talb. Ejjew ahna f’dan il-hin ta’ l-adorazzjoni nkomplu nitolbu permezz tat-Talba ghall-Qdusija tal-Kleru li fil-ktieb tal-Fergha Ewkaristika tinsab pagna 132.

Meta s-socjetà tosserva qdusija fis-sacerdoti u r-religjuzi m’hemmx dubju li thalli effett pozittiv fuq il-vokazzjonijiet. Dan ghaliex iz-zghazagh iridu jaraw awtenticità, iridu jaraw karizma ta’ ordni mhux biss fuq il-karta imma fil-hajja ta’ gol-kunvent u fil-hajja ta’ kuljum. Meta ftit ilu sacerdoti esprimew id-diffikutà tal-vokazzjonijiet lill-Papa Benedittu l-parir tieghu kien li heggeg ghal aktar talb u ghal hajja aktar ezemplari. Fl-istess hin kulhadd hu konxju li llum iz-zghazagh qed isibuha dejjem aktar difficli biex jimpenjaw ruhhom f’din il-hajja hajja sacerdotali u religjuza. Vera li hemm xi jhajjar, vera li t-tlellix tad-dinja jhajjar ghax hu sabih pero Sinjur taghna Gesù Kristu, int li taf li l-haddiema huma ftit, aghmel li z-zghazagh jaghrfu s-sbuhija tal-gid li jistghu jhallu fil-qlub tan-nies meta dawn jersqu lejk. Ghinhom jaghrfu l-gid li jistghu jhallu fit-tfal, fiz-zghazagh, fil-familji u fis-socjetà meta z-zerriegha tajba li jizirghu tinbet u taghti l-frott.

Permezz tal-ktieb tal-Fergha Ewkaristika, ejjew insibu pagna 133 u nitolbu Talba ghall-Vokazzjonijiet.

Sejha li llum il-gurnata qed tinghata aktar importanza minhabba li hemm aktar htiega ta’ ghajnuna hi dik tal-lajci. Bhas-sacerdoti u r-religjuzi anke l-lajci impenjati ghandhom jipprovaw jghixu l-hajja tal-qdusija. Id-dokument tas-Sinodu dwar Lajci Nsara jistqarr li din is-sejha tal-lajci ghall-qdusija trid issir kemm permezz tas-sehem taghhom fis-socjetà kif ukoll fi hdan il-komunità ekklezjali. Ikompli li huma ghandhom ikunu l-kuxjenza nisranija fis-sitwazzjonijiet differenti li jsibu ruhhom fihom waqt li jaghtu s-sehem shih taghhom fi hdan il-knisja. Fl-istess hin il-lajci ghandhom ikunu kapaci jaqraw is-sinjali taz-zminijiet, li juru x’inhuma l-esigenzi tad-dinja ta’ llum u jindikaw x’ghandha tkun l-attitudni ta’ min jahdem fil-knisja. L-appostolat lajkali ghandu jfittex li jinfluwenza bl-Evangelju l-mod kif il-poplu Malti jahseb, jitkellem, jahdem, jiddeverti, jirraguna u jghix fil-hajja pubblika u privata tieghu. Pero l-istess dokument jishaq li biex din issehh ir-religjozità ghandha tizviluppa f’fidi awtentika. Hawn tajjeb li nistaqsu lilna nfusna, ahna l-lajci b’liema intenzjoni qed noffru l-hin taghna? Jiena bhala lajk kemm qed inkun ta’ ezempju ta’ dak li nghid li nemmen fih? Bil-hajja suppost kattolika tieghi qieghed ninfluwenza bl-Evangelju l-mod kif is-socjetà ta’ madwari tahseb, titkellem, tahdem, tiddeverti, tirraguna u tghix fil-hajja pubblika u privata? X’effett thalli xemgha tixghel f’kamra mudlama, ahseb u ara kieku kull min jistqarr li jemmen f’Alla jaghzel li jahdem fi hdan il-knisja u jkun xemgha li taghti dawl spiritwali u ewkaristiku x’effett inhallu fuq pajjizna.

B’dawn il-hsibijiet f’mohhna ejjew nitolbu sabiex inkunu strumenti f’idejn Alla. Ghalhekk mill-ktieb tal-Fergha Ewkaristika nsibu pagna 128 u flimkien nitolbu t-talba ta’ San Frangisk Mulej Aghmilni Strument tal-Paci Tieghek.

Qabel ma naghlqu din l-adorazzjoni taghna ejjew indawru l-harsa taghna fuq ommna Marija. Sultana tas-Sema, nirringrazzjawk talli accettajt is-sejha t’Alla. Ghin lil dan il-poplu jibqa’ jaccetta s-sejha spiritwali li Ibnek ghadu jaghmillu. Ghin lil dan il-poplu jibqa’ jghid hawn hi l-qaddejja tieghek jew hawn hu l-qaddej tieghek u jaccetta li jghix il-hajja sacerdotali jew religjuza. Bhalma omm tipprova taghmel l-ahjar li tista’ biex tkun ta’ ezempju ghal uliedha, nitolbuk sabiex tghin lil dawk kollha li jahdmu fl-ghalqa ta’ Ibnek Gesù, sabiex jikkoperaw mat-taghlim u mal-knisja sabiex inkunu ta’ ezempju ghal ta’ madwarna. Fl-ahhar izda mhux l-anqas nitolbuk thares il-familji Maltin u Ghawdxin. Fid-dawl tar-realtà ta’ llum, ghaziza Ommna Marija idhol ghalina int sabiex il-familja tibqa’ l-post l-aktar naturali fejn il-lajci jaghmlu l-appostolat ta’ l-evangelizzazzjoni. Dan sabiex mhux biss tibqa’ l-izghar cellula tal-Knisja imma tibqa’ wkoll benniena taghha, fejn l-gharfien ta’ Alla u l-vokazzjonijiet jissawru.

F’dawn il-hsibijiet f’mohhna u qalbna mill-ktieb tal-Fergha Ewkaristika nsibu pagna 140 u nitolbu t-talba Taht il-Harsien Tieghek.

Offerta tal-Pjagi

Ikun imbierek Alla.

Tmiem