Matul l-adorazzjonijiet naghmlu uzu mill-ktieb mahrug mill-Fergha Ewkaristika Ewkaristika bl-isem - Gabra ta’ Talb u Kant.

Suggett: Is-Sliem taghkom Jistrieh Fuqhom


Vista lil Gesù Sagramentat.

Kif ninsabu madwar Gesù Ewkaristija biex inzommu l-appuntament taghna mieghu, ejjew naghtu merhba lil Alla taghna maghmul bniedem b’opra ta’ l-Ispirtu s-Santu, u bil-koperazzjoni ta’ Maria Santissima, li ghal disa’ xhur shah zammitu fil-guf purissimu taghha, u saret l-ewwel Tabernaklu haj. Nitolbuha tiehu sehem maghna f’din is-siegha ta’ adorazzjoni, radd il-hajr, tpattija u talb. Gesù, ahna ninsabu kuntenti migburin mieghek u ma’ Ommok u Ommna Marija Santissima, u qed insejhu lis-semmiegha ta’ Radju Marija biex jinghaqdu maghna halli nressqu t-talb taghna ghalina hawn prezenti, ghall-familji taghna, ghall-morda u dawk li jduru bihom. Nitolbu wkoll ghal ruh il-Fundatur tal-Fergha Ewkaristika, is-Superjur George Grima li zera’ fina din l-imhabba u dan l-entuzjazmu ghal Gesù Ewkaristija.u ghall-erwieh tal-Purgatorju Ahna nixtiequ li l-bnedmin ta’ kull razza u lsien jaghrfu lil dan Gesù Ewkaristija li Hu stess mar jghidilna: “Ejjew ghandi intom li tinsabu mhabbtin u mtaqqlin u Jiena nserrahkom.” U min m’ghandux bzonn is-serhan u s-sliem ta’ Gesù? Niehdu l-opportunita u nersqu lejn Gesù li jhobbna mhux ghalih innifsu, izda ghalina.

Ahna perswazi li bhala bnedmin, ahna limitati, u nehtiegu l-ghajnuna t’Alla, ghalhekk ejjew minn pagna 9, mill-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika naghmlu, “Offerta tar-ruh lil Gesù Ewkaristija.”

Gesù, lil kull wiehed u wahda minna fassaltilna stil ta’ hajja jew vokazzjoni. Jekk ahna ma naghrfux is-sejha li jaghmlilna Gesù ma nistghux nghixu ferhana u fil-paci li tant ahna nixxenqu ghaliha. Il-hajja taghna hija missjoni. Nisimghu silta mill-Vangelu ta’ San Luqa, Kapitlu 10, Versi minn 1 sa 12.

Ahna lkoll dixxipli ta’ Gesù u lilna wkoll tana missjoni. Min huwa missier jew omm ta’ familja, guvni jew xebba; kulhadd ghandu l-missjoni tieghu. Ahna nsara erbgha u ghoxrin siegha kull jum. Ahna nsara fid-dar, fuq ix-xoghol, fid-divertiment. Kull fejn inkunu rridu nuru li ahna ta’ Gesù bl-ezempju taghna kullimkien. Ahna m’ahniex sejrin naghmlu piedka, ghax m’ahniex kapaci, izda nistghu naghmlu priedka bil-hajja taghna. Fil-hajja ta’ San Frangisk t’Assisi nsibu li darba San Frangisk sejjah lil wiehed mill-fratelli tieghu u qallu biex johorgu flimkien ha jmorru jaghmlu priedka. Telqu mill-kunvent u marru l-belt, u bdew mixjin minn triq ghall-ohra. Wara li ghamlu xi siegha mixi, il-fratell qal lil San Frangisk: “Missier, x’hin se naghmluha l-priedka?” Qabez San Frangisk u qallu: “Ibni l-priedka ghamilniha fit-toroq tal-belt bl-ezempju li tajna.” Il-kelma tqanqal u l-ezempju jkaxkar.

Ejjew insibu pagna 53, mill-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika biex inbierku lill-Mulej Alla taghna, fejn is-salmista jghidilna li hu fittex ’il-Mulej u minn kull biza’ tieghu helsu. Nisimghuh biex flimkien nippruvaw it-tieba tal-Mulej.

Ahna lkoll midinbin, ghalhekk kif ninsabu fil-prezenza reali ta’ Gesù ejjew naghmlu kuragg u minn pagna 54, mill-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika naghmlu l-atti penitenzjali.

Fis-silta tal-Vangelu li smajna, rajna lil Gesù jsejjah lid-dixxipli. Gesù fi zmienna ghadu jsejjah liz-zghazagh taghna biex jimxu warajh. Ejjew ahna l-genituri ma nkunux ta’ tfixkil ghalihom u ninkoragguhom biex jilqghu l-vokazzjoni sacerdotali u religjuza, u nuru l-ferh taghna meta xi hadd minn uliedna juri x-xewqa tal-Vokazzjoni. Insibu pagna 133 mill-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika u nitolbu “Talba ghall-Vokazzjonijiet.”

Fit-2 ta’ Ottubru, niccelebraw il-festa ta’ l-Anglu Kustodju li kull wiehed u wahda minna ghandu wiehed biex iharsu mill-perikli kollha tar-ruh u tal-gisem. Ejjew inkunu devoti tieghu u nsejhulu kull jum b’din it-talba: “Anglu t’Alla li fit-tjubija tieghu Alla tani biex tharisni, mexxini f’dan il-jum li gej fuqi. Hekk ikun.”

Gesù, meta waqqaf l-Ewkaristija waqqaf ukoll is-sacerdozju. M’hemmx Ewkaristija minghajr is-sacerdot. Is-sacerdoti huma bnedmin bhalna u jehtiegu t-talb taghna biex ikunu kapaci jwettqu l-missjoni afdata lilhom bhala rghajja ta’ l-erwieh. Ghalhekk minn pagna 132 mill-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika nitolbu t-talba, “Aghtina Sacerdoti Qaddisin,” u “Talba ghall-Qdusija tal-Kleru.”

Ninsabu fil-bidu tax-xahar ta’ Ottubru, xahar iddedikat lill-Madonna, Omm Alla u Omm taghna. L-anzjani taghna meta kienu jsemmu dan ix-xahar kienu jsibuh bhala x-xahar tar-Ruzarju. Ir-Ruzarju huwa talba l-iktar semplici li permezz ta’ meditazzjoni fuq il-hajja ta’ Gesù u ta’ Marija, it-talba tal-Missierna, is-Sliema, u l-Glorja ninsgu kuruna ta’ tifhir lil Marija Santissima. Tant tiehu gost Marija Santissima li f’kull dehra taghha dejjem tghidilna biex nghidu r-Ruzarju. Hawn xi whud li jghidu li din hija talba ripetittiva. Il-hajja, kollha kemm hi, hija ripetizzjoni. Il-mahbubin meta jiltaqghu x’jghidu lil xulxin? Mhux kemm inhobbok! L-ghada mhux l-istess jergghu jghidu lil xulxin! B’dana kollu ma jiddejqux. Ejjew lil Ommna Marija nuruha kemm inhobbuha billi nghidu r-Ruzarju ta’ kull jum li hu tant ghal qalbha. Ejjew minn pagna 64, mill-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika ninghaqdu ma’ Marija u nfahhru ’l Alla permezz tal-“Manifikat” fejn naraw l-umilta ta’ Marija.

Adorazzjoni ta’ l-Ewkaristija u l-Offerta tal-Pjagi.

Barka Sagramentali u “Ikun imbierek Alla,” pagna 12.

IKUN IMFAHHAR GESÙ EWKARISTIJA – GHAL DEJJEM IKUN IMFAHHAR.

Tmiem