Matul l-adorazzjonijiet naghmlu uzu mill-ktieb mahrug mill-Fergha Ewkaristika bl-isem - Gabra ta' Talb u Kant.


Suggett: Nadurawk o Mulejja fl-Ghegubijiet Tieghek

1.     Vista lil Gesu Sagramentat.

 

2.     Mulej Gesù, ninsabu fit-tieni xahar tas-sena. Kif itir iz-zmien? Din hi l-hajja tal-bniedem. Gesù, bhalissa qed ingib quddiem ghajnejja lilek bilqieghda fuq il-bir tistenna lil dik il-mara Samaritana biex tressaqha lejk. Dan wara mixja fix-xemx u mejjet bil-ghatx. Imma l-imhabba tieghek ma tafx tghid bizzejjed. L-istess taghmel maghna l-midinbin mill-Ostja Mqaddsa. Tistieden lilna li ninsabu hawn biex inqattghu din is-siegha mieghek biex turina l-imhabba tieghek ghalina. Minn dik l-Ostja fejn tinsab nisthajjel li qed tghidilna, ‘Uliedi ghaliex qed titbieghdu minni? X’inhu jzommkom li ma tigux hdejja? Kieku tafu kemm numilja ruhi minhabba fikom! Jiena qieghed hawn ghalik li qed tadurani. Ejja mqar ghal ftit minuti hdejja. Ma tafx li jien vicin tieghek ghax ninsab f’kull knisja. Jiena rrid insalvak ghax inhobbok. Inhalli f’idejk, nistennik!’ Gesù lilna caqlaqtna biex inkomplu nigu hdejk u nispera li nkompli nimxi l-hajja tieghi id f’id mieghek. Wara kollox, jaqbel lilna li nigu hdejk. Ghalhekk nitolbuk ghalina u ghall-familji taghna, ghall-morda u ghal dawk li jduru bihom, ghal dawk ta’ bla xoghol, ghas-semmiegha, ghal ruh il-Fundatur tal-Fergha Ewkaristika  Ewkaristika, is-Superjur George Grima u ghall-erwieh tal-purgatorju, specjalment ta’ qrabatna mejtin.

 

3.     Jekk irridu li Gesù jahdem fina billi jibdilna u jaghmilna bnedmin godda, jehtieg li jkollna fidi shiha fih. Jehtieg li nemmnu li Gesù fl-Ewkaristija huwa haj tassew bhal meta kien jghix fostna elfejn sena ilu. Issa qed jghix fl-Ewkaristija f’kull tabernaklu. Ejjew minn pagna 61 fil-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika nuru l-fidi taghna fih billi nitolbu t-talba Mulej Gesù, Int Dejjem Haj.

 

4.     Illum, f’dan il-hin li ninsabu f’riglejn Gesù Ewkaristija qed nadurawh fl-ghegubijiet tieghu maghna l-bnedmin, nisimghu silta mill-vangelu ta’ San Mattew (Kap. 14 Versi 29-31.

5.     Minn din is-silta li ghadna kif smajna, naraw lil Gesù tiela fuq l-gholja, x’aktarx biex jevita xi ftit in-nies u jistrieh ftit. Izda n-nies meta rawh bilqieghda fuq l-gholja nahseb li qalu, ‘Din hi okkazjoni ghalina li niltaqghu ma’ Gesù,’ u bdew igibu l-morda taghhom biex Gesù jfejjaqhom. U Gesù b’dik il-qalb hanina tieghu beda jtihom is-sahha u l-fejqan li kellhom bzonn. Kemm kienu nies bil-ghaqal li marru ghand Gesù! . . . . Kemm se ddum tiehu pacenzja bina ghaziz Gesù! Nemmnu li Gesù ghadu haj fostna? Ejjew naghmlu bhal dawk in-nies li marru ghandu u tahom dak li kellhom bzonn. Min jista’ jghid kemm jaghmel ghegubijiet Gesù mit-tabernaklu ma’ dawk li jersqu lejh bil-fidi?

 

6.     Ejjew flimkien minn pagna 20 fil-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika nitolbu s-Salm biex minn qalbna nuru r-radd il-hajr taghna ghal dak kollu li ghamel maghna.

 

7.     Gesù dejjem jistenna l-erwieh biex jigu jzuruh. Imma kemm jaghmel sighat wahdu f’dak it-tabernaklu! Darba ruh tajba, waqt li kienet quddiem Gesù Sagramentat titlob, tara lil Gesù b’hogru mimli u ma setghetx tinduna x’kellu. Meta Gesù ra lil dik ir-ruh hekk ikkonfonduta mar jghidilha, ‘Ibni dawn li qed tara f’hogri huma grazzji spiritwali u materjali li lest biex inqassamhom lil dawk l-erwieh li jigu jzuruni u jaghmluli ftit kumpanija.’ Ejjew gheziez semmiegha nersqu lejn Gesù u napprofittaw ruhna minn din l-offerta li l-aqwa habib taghna, Gesù Ewkaristija qed jaghmlilna.

 

8.     Santu Wistin kien bniedem tad-dinja u hafna minn dak li taghti d-dinja ghamlu u ma sabx l-hena li kien qed ifittex. Pero meta sab lil Gesù gie ispirat  bit-talba Sinjur Gesù li fil-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika tinsab f’pagna 131. Ejjew nitolbuha flimkien.

 

9.     F’dan il-hin ta’ adorazzjoni ejjew naghmlu sejhat lill-Mulej Gesù ghax ahna ghandna fidi li inti Gesù qed tarana u qed tismaghna.

 

§     Mulej Gesù, Int l-Iben t’Alla l-haj maghmul bniedem biex issalvana.

 

§     Inti o Gesù Iben Alla l-Missier. Ahna nemmnu fik.

 

§     Grazzi o Gesù talli tressaqna u tigbidna lejk fuq is-salib u fl-Ewkaristija.

 

§     Inti mahbub Gesù, l-Iben ghaziz t’Alla l-Missier li fik isib l-ghaxqa tieghu.

 

§     Inti l-ghaxqa tal-Missier Etern.

 

§     Nadurak, Santissma Trinita, Alla wiehed fi tliet persuni.

 

§     Grazzi Gesù talli sirt bniedem biex tibqa’ maghna.

 

10.  Gesù inti taf kemm naghmlu weghdiet u proponimenti u hafna drabi niksruhom. Gesù, aghtina l-ghajnuna tieghek ghax wahedna ma naslux. Ahna nafu li Int hanin u tahfrilna ghax taf kif ahna maghguna. Ghalhekk minn pagna 54 fil-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika se naghmlu dawn l-Atti Penitenzjali f’isem diversi kategoriji ta’ nies.

 

11.  Gesù int tant thobbna li trid tibdilna fih. Dan huwa process twil u kontinwu, mit-twelid sal-mewt. Aktar ma nsiru intimi ma’ Gesù, aktar Gesù jkun jista’ jahdem fina u minn bnedmin li ma niswew xejn, Gesù johloq kapolavur li permezz tieghu jkun jista’ jressaq bnedmin ohra ghal ghandu. Ejjew nitolbu lil Gesù biex inxerrdu madwarna r-raggi tieghu. Inxerrdu madwarna r-raggi ta’ Kristu.

 

12.  Mill-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika nsibu pagna 122 halli nitolbu flimkien dan it- talb: X’nitlob Illum u Talba ta’ Rassenjazzjoni.

 

13.  Marija kienet dik il-persuna maghzula minn Alla sa mill-eternita biex tkun Omm Alla. Ghalhekk Alla ppreservaha sa mill-ewwel waqt tat-tnissil taghha biex tkun l-ewwel tabernaklu haj ta’ Gesù Kristu. Ghalhekk, dik li kienet l-Immakolata Kuncizzjoni ma kellhiex tara t-tahsir tal-qabar. (Mejju ma’ Marija pagna 27).

 

14.  Ejjew insellmu lil Marija Santissma billi minn pagna 138 nghidu t-Talba lil Marija Santissma maghmula minn Santa Gertrude.

 

15.  Adorazzjoni ta’ l-Ewkaristija u Offerta tal-Pjagi

 

16.  Ikun Imbierek Alla minn pagna 12.

 

Tmiem


Adorazzjonijiet Ohrajn

Adorazzjonijiet Matul 2006

Jannar 2007