Tema: 'Qishom naghag bla raghaj.' Minghajr valuri hajjitna titlef is-sbuhija taghha.
Salm 146, Mk 6 30-36


1. Vista

2. Gheziez Gesu, ingbarna f'dan il-hin quddiemek kemm fizikament hawn prezenti izda wkoll mentalment mill-hafna postijiet minn fejn tant semmiegha ta' Radju Marija qed isegwu mid-djar, kunventi, sptarijiet, fost ohrajn. Ninsabu nadurawk ghaliex int ghaziz Gesu ghadek issejjah lilna l-midinbin biex nigu warajk. Accettajna li nilqghu l-istedina ghax nemmnu li int, Sinjur taghna, tinsab haj hawn quddiemna fl-ostja kkonsagrata. Accettajna li nilqghu s-sejha tieghek ghax ir-realta qed turina dejjem aktar li minghajrek ma nistghu naghmlu xejn. Il-hajja li qed nghixu dejjem qed tikkonferma l-fatt li int it-triq li rridu nimxu fiha . . . . din il-hajja qed tghinna naghrfu aktar minn qatt qabel li t-taghlim tieghek hu l-verita . . . . il-hajja stess ta' madwarna qed turi li l-valuri li twasslilna int jaghtu l-hajja lill-bniedem . . . . il-hajja mibnija fuq it-taghlim tieghek izzejjen lill-bniedem bid-dinjita li tixraqlu. Hi din ir-realta li ghandha theggigna lkoll biex nimxu warajk . . . . hi din il-verita li theggigna nghixu s-sagramenti . . . . hi din il-verita li theggigna biex nigu nadurawk . . . . hi din il-verita li theggigna lkoll inkunu erwieh ewkaristici. Ghalhekk aghtina l-hegga li ma naqtghux qalbna mid-diffikultajiet li niltaqghu maghhom kif ukoll biex quddiem realtajiet li jmorru kontra t-taghlim tieghek, ahna bhala Kattolici nzommu sodi fit-taghlim tieghek.

3. Ejjew ilkoll flimkien nesprimu din l-imhabba taghna lejn Gesu billi mill-ktieb tal-Fergha Ewkaristika, minn pagna 130 nitolbu t-talba ta' Santu Wistin 'Lilek Biss Inhobb Mulej' minn pagna 130.

4. Din it-talba ta' Santu Wistin hi profonda hafna ghax hierga minn qalb ta' bniedem li esperimenta hafna stili ta' hajja, uhud li jmorru kontra t-taghlim ta' Kristu. Minkejja dan, iz-zmien u c-cirkostanzi tal-hajja wassluh biex jaghraf li Kristu u t-taghlim tieghu biss jaghtu l-ferh fil-qalb tal-bniedem. Dan ghaliex il-valuri li jghallimna Kristu jzejnu lill-bniedem u mhux ikerrhu. Dawn il-valuri jzejnu lill-individwu bl-gherf, izejnuh bil-maturita, jghinuh ikun sensittiv ghas-socjeta ta' madwaru. Kien ghalhekk li Santu Wistin f'din it-talba talab lil Gesu u qallu 'ikkmandani dak li trid.' Dan ghaliex il-valuri, mibnija fuq il-kmandamenti mhux talli m'humiex rabta izda talli jaghtuna l-liberta. Dan ghax jghinuna nghixu hajja bla kompromessi, jghinuna nghixu hajja hielsa minn rabtiet materjali, rabtiet ta' vizzji, hilesa minn rabtiet ta' hazen . . . . Hawn wiehed jista' jghid li din hi hajja ideali, hajja qaddisa . . . . u ghalhekk jasal biex jghid din il-hajja impossibbli ghalija . . . . X'inhi l-verita? Il-verita hi li din il-hajja m'hix impossibbli. Il-verita hi li int ghaziz Gesu taghti lil kull bniedem l-ghajnuna kollha li jkollna bzonn, mhux biss ghajnuna spiritwali izda wkoll ghajnuna materjali. San Pawl stess jistqarr li kollox isir ghall-gid ta' dawk li jhobbuh. Pero biex nahsdu l-frott ta' din il-hajja qaddisa ahna rridu nikkoperaw mat-taghlim ta' Kristu . . . . Biex nahsdu l-frott ghandna d-dmir li nghixu s-sagramenti tal-maghmudija, tal-qrar, tat-tqarbin fost l-ohrajn. Ghalhekk din hi l-istedina li Gesu qed jaghmel lilna hawn prezenti u lis-semmiegha. L-istedina hi biex naraw x'qed izommna 'l-boghod minn Kristu. Ix-xewqa ta' Kristu waqt din l-adorazzjoni hi biex ahna ninqatghu mill-hazen li qed nghixu fih. L-ghajnuna li int ghaziz Gesu qed taghtina hi s-sagramenti u t-taghlim. Ghalhekk ejjew naghmlu kuragg u jekk ghandna bzonn infittxu sacerdot ghall-qrar jew xi parir . . . . ejjew naghmlu kuragg u nipprovaw nisimghu quddiesa aktar ta' spiss . . . . ejjew nitheggu biex dak li nemmnu nghixuh fil-hajja taghna, fil-familji taghna, fuq il-post tax-xoghol u anke waqt il-hin ta' mistrieh taghna.

5. Ejjew inkomplu bit-talb taghna u minn pagna 109 tal-ktieb tal-Fergha Ewkaristika naghmlu Att ta' Ndiema biex barra li nesprimu d-dispjacir taghna li weggajna l-qalb imqaddsa ta' Gesu naghmlu l-proponiment biex naharbu t-tentazzjoni. Ghalhekk insibu pagna 109

6. 'Qalb il-gnus li ridthom tieghek zrajt il-kelma ta' l-imhabba.' Hekk tlabna fil-vista li ghamilna. Hekk ghogbu jaghmel Alla l-Missier meta sa mill-ewwel zminijiet tal-Knisja dawn il-gzejjer taghna zzejnu bl-isbah tezor, li hu l-fidi. Alla l-Missier fil-pjan tieghu permezz ta' San Pawl zera' l-kelma ta' Kristu f'dawn il-gzejjer. Sa mill-ewwel zminijiet, dan il-poplu fl-istorja tieghu kien gharef bizzejjed biex dan it-tezor ma jhallihx jahrablu minn idejh, anzi jsahhu u jghaddih minn generazzjoni ghall-ohra. Minkejja li dan il-poplu dejjem kellu xi jtelliflu l-fidi ghaddew sekli shah u llum ghandna nzommu b'certu ghozza din il-fidi. Dan grazzi ghal tant sacerdoti, religjuzi u lajci li f'dawn is-snin kollha bit-taghlim u fuq kollox bl-ezempju taghhom zerghu l-fidi fil-poplu u bil-kontribut taghhom u bil-koperazzjoni tal-poplu din il-fidi ghadha hajja . . . . Dan kollu juri l-htiega tat-taghlim u ta' l-ezempju. Issa ahna x'wirt se nghaddu lil uliedna? X'wirt spiritwali se nghaddu lill-generazzjonijiet ta' ghada? F'hajjitna nitkellmu hafna fuq il-wirt materjali . . . . pero nahsbu xejn fuq il-wirt spiritwali? Ghalhekk ejjew ilkoll kemm ahna sacerdoti, religjuzi u lajci naghrfu d-dmir taghna, naghrfu r-responsabbilta taghna li nghaddu lil uliedna u liz-zghazagh kemm it-taghlim izda fuq kollox l-ezempju bl-imgiba taghna. Dan sabiex lill-generazzjonijiet tal-futur nghaddulhom wirt spiritwali b'sahhtu.

7. Qari mill-Vangelu ta' San Mark Kapitlu 6 versi 30 - 34

8. 'Kienu hafna dawk li gharfuhom.' . . . . Hekk ghadna kemm qrajna fil-vangelu. Kemm hi sentenza ta' kuragg . . . Kemm hi esperjenza pozittiva li persuna . . . familja . . . socjeta . . . poplu . . . jaghraf lilek ghaziz Gesu. Kemm hi esperjenza ta' gid li l-individwu jaghraf lilek, li jaghraf li int ghaziz Gesu int l-aqwa habib tal-bniedem. X'kienet ir-reazzjoni ta' min gharaf lil Gesu u lill-haddiema tieghu? . . . . Huma marru warajhom. Kemm hi decizjoni ghaqlija li wiehed jiehu f'hajtu li wara li jaghrfek ghaziz Gesu jiddeciedi li jimxi warajk. Kemm hi decizjoni ghaqlija li wiehed jaghzel li jghix il-valuri ta' Kristu. Minna trid tigi x'naghmlu f'hajjitna . . . . mill-individwu trid tohrog id-decizjoni li jghix skond it-taghlim ta' Kristu u skond it-taghlim tal-Knisja u mhux skond x'inhossu. Kemm nisimghu fuq l-imhabba, kemm nisimghu fuq il-paci u l-gustizzja. Imma dan hu biss kliem? L-azzjonijiet taghna jirriflettu dak li nghidu li nemmnu? Il-valuri li nghidu li nhaddnu jirriflettu t-taghlim ta' Kristu jew l-opinjonijiet tieghi? Bhalma ahna ircevejna l-fidi minn missirijietna u mill-genituri taghna, ahna se nghadduha lil ta' warajna? Se nghaddu mentalita ta' socjeta liberali fejn kollox hu accettat, fejn kollox xejn m'hu xejn? Ha nibqghu nghozzu t-tajjeb li rcevejna. Minkejja l-progress ta' kull socjeta l-bniedem baqa' l-istess. Niehdu Sodoma u Gomorra fl-antik Testment u naraw is-socjeta llum . . . . naraw l-ingustizzji, il-gwerer il-firda fl-istorja tal-bniedem u jekk inharsu madwarna nsibu l-istess. X'juri dan? Juri li jekk il-bniedem mhux se jaghzel li jimxi warajk ghaziz Gesu, mhux talli mhux se jimxi 'l quddiem izda se jmur lura. Il-bniedem jista' jimxi 'l quddiem materjalment bil-mobile, l-internet, satellita . . . . jista' jimxi 'l quddiem fl-istudju bl-edukazzjoni terzjarja . . . . jista' jimxi 'l quddiem fil-karriera, fil-kariga u fil-poter . . . . izda minghajr Alla l-bniedem imur lura fil-paci tal-qalb. Dan ghaliex il-bniedem minghajr Alla jitlef id-dinjita tieghu u jtellef id-dinjita lil ta' madwaru.

9. Konxji ta' dak li ahna, tat-tajjeb kif ukoll tal-hazin li hemm fina, ejjew issa, mill-ktieb tal-Fergha Ewkaristika nsibu pagna 100 sabiex ahna li ninsabu maghqudin mieghek ghaziz Gesu waqt din l-adorazzjoni naghmlu s-supplikazzjonijiet taghna sabiex nitheggu u naghmlu kuragg biex neghlbu dawk in-nuqqasijiet li jbieghduna minnek. Insibu pagna 100.

10. 'Ra l-kotra kbira ta' nies u thassarhom, ghax kienu qishom naghag bla raghaj.' Din kienet ir-reazzjoni tieghek ghaziz Gesu meta rajt dik il-folla miexja warajk, folla b'xewqa kbira fil-qalb ghal dak li hu tajjeb. Ahna certi li int tithassar ukoll lilna llum meta tarana nimxu bla sens ta' direzzjoni spiritwalment. M'ghandniex dubju li int tithassarna meta tarana mohhna kontinwament fil-wirt materjali u nwarrbu kompletament dak spiritwali. Zgur tithassarna meta tarana nfittxu lill-akbar habib taghna darba f'gimgha . . . . zgur ma taqbilx maghna meta tarana nitqarbnu bid-dnub il-mejjet . . . . zgur ma taqbilx meta tarana naghmlu d-deni lil bnedmin ohra . . . . Quddiem dan kollu, ahna certi wkoll li int mhux biss tithassarna izda taghtina wkoll il-mezzi biex in-nuqqasijiet taghna nirrangawhom . . . . Huwa ghalhekk li int izzejjen lill-gzejjer taghna b'tant sacerdoti u religjuzi li huma ezemplari fil-hajja taghhom . . . . sacerdoti u religjuzi jghallmu u jghaddu t-taghlim ta' Kristu u fuq kollox jghixu dak li jghallmu . . . . sacerdoti u religjuzi li jaghmlu minn kollox biex jiddedikaw hinhom ghalina lkoll . . . . Int mhux biss tithassarna izda taghtina l-ghajnuna permezz tas-sagramenti fosthom tal-maghmudija, tal-qrar, tat-tqarbin, ta' l-ordni sagri, tal-grizma tal-morda u taz-zwieg . . . . Int mhux biss tithassarna izda tipprovdilna dak li ghandna bzonn anke materjalment . . . . Barra minn hekk int izzejninla hajjitna b'certu provi li ahna nifilhu ghalihom. Ghalhekk il-Malti jghid Alla skond il-muntanja jaghtiha s-silg. Huwa ghalhekk li l-fundatur tal-Fergha Ewkaristika, is-Superjur George Grima dejjem ghallimna li Alla ma jridx minna l-impossibli? Kieku jrid l-impossibli minnek Alla mhux gust. Dak li jrid minnek Alla huwa possibbli. Ghad dghjufija taghna mhux possibbli imma jekk inti tirrikorri lejh itik l-ghajnuna, timxi. Wahdek ma tistax timxi, wahdek mizerja, il-forzi tal-mizerja huma qawwijin wisq, imma mbaghad ahna ghandna qawwa iktar suprema, il-qawwa t'Alla. Kemm hu kliem ta' kuragg. Ghalhekk ejjew issa nkomplu nitolbu sabiex ikollna aktar sacerdoti qaddisin sabiex b'hekk ikollna socjeta qaddisa wkoll.

11. Permezz tat-talba li fuq il-Ktieb tal-Fergha Ewkaristika tinsab fuq pagna 132 wara kull talba nwiegbu flimkien aghtina sacerdoti qaddisin. Minn pagna 132.

12. Minn istess pagna 132 inkomplu nitolbu t-Talba ghall-Qdusija tal-Kleru, minn pagna 132.

13. Meta niftakru fir-rigal kbir li San Pawl ta lill-gzejjer Maltin, meta nintebhu bl-imhabba kbira t'Alla lejn dawn il-gzejjer li sa mill-ewwel zminijiet taghha zejjen lil dawn il-gzejjer bil-fidi Kattolika, meta nintebhu li dak li ghandna llum hu frott ta' sekli shah ta' determinazzjoni fil-fidi, ta' sagrificcji anke spiritwali, ejjew ahna lkoll naghrfu d-dmir li din il-fidi li llum tidher qed tiddghajjef nghadduha lil ta' warajna aktar b'sahhitha milli hi llum. Ma nhalluhiex titkisser aktar. . . . Dan nistghu naghmluh biss jekk nipprattikaw dak li nemmnu . . . . Il-fidi nistghu nghadduha lil ta warajna jekk l-imgiba taghna tirrifletti l-imhabba u l-gustizzja . . . . Il-fidi nistghu nghadduha lil ta warajna jekk ilkoll kemm ahna nizirghu fit-tfal din il-fidi, jekk inharsulhom l-innocenza taghhom, jekk inhalluhom japprezzaw is-semplicita . . . .Din il-fidi nistghu nghadduha lil ta warajna jekk liz-zghazagh ma nghabbuhomx b'pizijiet tqal aktar milli jifilhu . . . . pizijiet rizultat ta' problemi familjari, kif ukoll pizijiet minhabba li nippretendu zzejjed minnhom fl-istudji taghhom . . . . Din il-fidi nistghu nghadduha lil ta' warajna jekk nergghu nibdew nghozzu s-sagrament taz-zwieg u ma nghabbux lill-familji taghna b'pizijiet finanzjarji li biex jonorawhom ikun ifisser diffikultajiet kbar fil-familji . . . . Din il-fidi nistghu nghadduha lil ta' warajna jekk nibghu naghtu l-attenzjoni li jixirqilhom lill-anzjani sabiex l-anzjani bl-gherf taghhom mibni fuq l-esperjenza ta' hajjithom jibqghu jkunu ta' ezempju fil-fidi ghal dawk kollha ta' madwarhom. Ejjew ilkoll kemm ahna nerfghu din ir-responsabbilta, ejjew ilkoll kemm ahna naghmlu s-sagrificcju u s-sawm taghna mhux biss fir-Randan izda matul is-sena kollha, ejjew ilkoll kemm ahna noffru t-tbatijiet taghna, specjalment tal-mard ghall-gid spiritwali ta' Malta u Ghawdex sabiex id-don tal-fidi jissahhah u nghadduh lil ta' warajna. Dan naghmluh jekk niddeciedu li naghzlu lil Gesu bhala l-unika raghaj taghna.

14. Ghalhekk qabel naghlqu din l-adorazzjoni, ejjew nitolbu lil ommna Marija, sabiex kif harset lil dawn il-gzejjer Maltin matul dawn l-elfejn sena, tibqa' tharisna hi sabiex id-devozzjoni qawwija tal-poplu Malti lejn il-Madonna twassal ghal fidi aktar b'sahhitha f'Binha Gesu, prezenti haj hawn quddiemna fl-Ewkaristija. Minn pagna 135 naghmlu Att ta' Konsagrazzjoni lill-Qalb Immakulata ta' Marija. Minn pagna 135.

15. Offerta tal-Pjagi

16. Ikun Imbierek Alla

TMIEM


Adorazzjonijiet Ohrajn

Dicembru 05

Jannar 06

Frar 06

Marzu 06