Il-Bidu tal-fergha
Il-Fundatur tal-Fergha Ewkaristika
u tal-Komunita Ulied Marija Ewkaristika twieled il-Marsa
nhar it-28 ta Lulju 1941 minn Carmelo u Giovanna
Grima, nee Farrugia. George huwa l-kbir fost hdax.
L-ahbar tat-twelid tieghu lil missieru waslet bmod
misterjuz. Il-Beatu Gorg Preca kien qal li l-anglu
kustodju ta George kien il-habbar. Hu rcieva
l-ewwel edukazzjoni tieghu fl-iskola tas-sorijiet
Ulied il-Qalb ta Gesù u wara fl-iskola
primarja tal-Marsa, fi triq Lorenzo Balbi.
George, minn dejjem kien tifel dhuli, biezel u midhla
sew tal-knisja u ghal zmien twil membru tas-socjeta
tal-MUSEUM. Hu ghamel xi ftit zmien ukoll jattendi
l-iskola Serafika tal-Kapuccini l-Furjana u fil-klassi
tieghu kien hemm Pawlu Darmanin minn Haz-Zabbar, illum
l-E.T. Mons. Pawlu Darmanin, Isqof ta Gariffa,
l-Kenja.
Ma damx wisq ghax il-Mulej kellu pjanijiet ohra ghalih.
Iz-zaghzugh George kien jahdem ukoll bhala hajjat
il-Furjana u fil-ghaxijiet kien jghallem il-katekizmu
liz-zghar fil-Muzew.
George kellu l-imhabba tAlla fqalbu u
ried iwassalha fil-qalb ta kulhadd; kellu wkoll
id-don tal-kelma u wara li hejja ruhu bdiversi
korsijiet fl-istess socjeta kien imur fdiversi
bliet u rhula tal-gzejjer Maltin jaghmel konferenzi
u jippriedka l-kelma tAlla.
Fil-Museum, George kellu l-aqwa habib; kien l-istess
fundatur, il-Beatu Gorg Preca li gharaf il-kwalitajiet
sbieh taz-zaghzugh George u spiss kien jistiednu d-dar
tieghu fil-Hamrun. George kien ukoll sagristan fil-kappella
Centrali tal-MUSEUM il-Blata l-Bajda.
Il-Beatu Gorg Preca kien habbarlu li kellu jkun ukoll
fundatur bhalu. Dan sehh meta fl-1960, ghall-ahhar
ta April gie Malta l-fundatur taz-Zghazagh Haddiema
Nsara, l-E.T. Mons. Cardijn u dan ghadda minn Triq
il-Kbira, il-Hamrun. Il-Beatu Gorg Preca u George
Grima kienu fit-tieqa fis-sular ta fuq u l-fundatur
tal-MUSEUM sellem lil Mons. Cardijn. George nduna
u qallu, Sinjur intom zewg fundaturi.
Il-Beatu Gorg wiegeb jew ahjar habbar, Le, qeghdin
tliet fundaturi. Dan ifisser li habbar li George
kellu jkun fundatur ukoll. Aktar tard anke San Piju
ta Pietralcina, fl-1966, qallu li Gesù
kien ilu jkellmu fuq il-Fergha Ewkaristika
u kompla, ghoddni bmembru spiritwali ta
l-ghaqda. Dankollu sehh disa snin wara
li l-Beatu Gorg Preca kien qallu li ghandu jiltaqa
ma Padre Pio.

Il-Bidu tal-Fergha
Is-Superjur George, kif baqa
maghruf wara li hareg mill-Muzew, waqqaf il-Fergha
Ewkaristika bil-ghan li Ewkaristija jkun maghruf u
mahbub aktar minn kulhadd. Ghalhekk ghazel il-motto
ta l-ghaqda O Gesù Ewkaristija
kun il-ferh u l-hena ta hajti kollha.
Din kienet gakolatorja fuq is-santa tal-Beatu Gorg
ghall-prima messa. L-Arcisqof Mikiel Gonzi taha 200
jum indulgenza.
Fi Frar ta l-1965, George Grima waqqaf l-ghaqda
fuq stedina ta zaghzugh liebes ilbies
fin u abjad. Wara hafna talb u wara li kien
ha parir minghand il-konfessur u direttur spiritwali
tieghu Mons. Salv. Grima, fundatur ukoll tal-Qaddejja
tac-Cenaklu sejjah l-ewwel tnax-il membru, lkoll
rgiel li gew murija lilu bmod providenzjali.
Infatti kien qal lit-tnax, li xi whud minnhom ma kienx
jafhom, izda li Gesù jridha din l-ghaqda.
Dawn it-tnax-il membru jixbhu lit-tnax-il appostlu
li fuqhom giet mibnija l-Knisja. Ghalhekk nhar l-ewwel
Erbgha tax-xahar, 3 ta Marzu 1965, il-fundatur
ghamel l-ewwel laqgha lit-tnax u fissrilhom l-ghan
tal-ghaqda li hu sejhilha Il-Fergha Ewkaristika.
Dawn l-ewwel laqghat saru fid-dar tieghu fNru.
23, Triq is-Salib, Marsa, fil-kamra fejn kellu l-altar
u baqghu jsiru hemm ghal madwar sbatax-il sena. Dawn
kienu jsiru kull l-ewwel Erbgha ta kull xahar
fit-8.15pm. Dan ghaliex xi whud kellhom xi hanut u
ohrajn kienu jispiccaw mix-xoghol fil-hwienet ukoll.
Is-Superjur kien uman hafna u meta l-hinijiet tal-hwienet
saru aktar komdi beda l-laqghat fis-7.00pm. Meta ra
li bosta u bosta persuni xtaqu jinghaqdu ghat-talb,
konferenzi u laqghat ohra, fetah il-bibien ghan-nisa
wkoll. Dan in-numru tant zdied li kellu jaqsam il-membri
nisa fi gruppi. Anke l-grupp tat-tnax kien diga kiber
hafna bil-hbieb jew familjari ta l-istess tnax.
Mal-gruppi tan-nisa u ta l-irgiel kull nhar
ta Hamis kienu jiltaqghu xi whud taht il-gallerija
fejn kien joqghod is-Superjur sabiex imorru ghall-velja
ta talb u adorazzjoni fil-knisja tal-Vitorja,
il-Belt. Il-velja kienet tibda mit-8.30pm, il-Hamis
sal-Gimgha habta tal-4.00am u xi drabi sas-6.00am.
L-istess knisja tal-Vitorja kienet maghzula mis-Superjur
sabiex kull l-ewwel Hadd tax-xahar il-Fergha torganizza
jum Ewkaristiku. Din baqghet issir sakemm imbaghad
bdiet tigi organizzata fic-Centru Ewkaristiku fl-1983.
Ma dawn il-laqghat u xi siegha adorazzjoni ohra
kull xahar bpellegrinagg fdiversi parrocci
jew kappelli ma naqasx.
Il-fundatur ghazel lil San Guzepp bhala Padrun tal-ghaqda,
bhala l-ewwel adoratur ta Gesù fil-ghar
ta Betlehem.
Il-Fergha Ewkaristika twaqqfet ufficjalment nhar id-9
ta Settembru 1965, bquddiesa, mill-Eccellenza
Tieghu Mons. Emmanuel Galea flimkien mac-Chaplain
Dun Guzepp Mifsud Bonnici fil-kappella tas-Socjetà
tal-Museum, il-Blata l-Bajda.
Il-Fergha Ewkaristika f'Ghawdex
Is-Superjur George hadem bis-shih
ukoll biex il-Fergha tixxettel fGhawdex fejn
bdieha permezz ta quddiesa fis-Santwarju Ta
Pinu nhar l-ewwel Sibt tax-xahar ta Marzu 1966.
Ic-celebrant kien il-E.T. Mons. Isqof Guzeppi Pace.
Minn dak iz-zmien sal-lum ghadha ssir adorazzjoni
u quddiesa fit-3.00pm. Barra din ta l-ewwel
Sibt imbaghad l-ghada beda jaghmel konferenza li maz-zmien
bdiet issir fost il-gimgha, darba fix-xahar u wara
l-mewt tieghu l-Fergha kompliet fejn halla hu u l-laqgha
ta kull xahar barra dik ta l-ewwel Sibt,
qeghda ssir kull tieni Hamis tax-xahar ghand is-sorijiet
Dumnikani ta Pompei r-Rabat. FGhawdex
l-ewwel laqghat kienu jsiru fdar fi Triq il-Librerija
r-Rabat gentilment offruta lis-Superjur mis-Sinjorina
Marija Rosaria Said. Billi bdew joktru l-membri, il-laqghat
kienu jsiru ghand is-sorijiet Frangiskani, Salesjani
u kif ghidna l fuq, issa ghand id-Dumnikani.
Hu kellu ideat semplici, qawwija u cari, mibnija fuq
l-imhabba u l-verità u aggornat fit-taghlim
tal-Knisja Kattolika. Kien katekist fil-Museum u kelliem
ta konferenzi spiritwali, fdiversi nhawi
fMalta u Ghawdex. Kien ukoll izur spiss il-morda
fl-isptarijiet.
Centru Gdid
Nistghu nghidu li sa l-ahhar
tas-snin sittin, is-Superjur kien diga ra l-htiega
ta lokal akbar. Fittex, staqsa u anke offrewlu
xi bicca art, izda kif qal hu wara, It-Trinita
Qaddisa trid ic-Centru l-Marsa. Hekk sehh, ghax
nhar it-18 ta Marzu 1982, ic-Centru Ewkaristiku
nfetah u tbierek ufficjalment mill-E.T. Mons. G. Mercieca,
Arcisqof ta Malta. Hawn go dan ic-centru s-Superjur
beda jaghmel il-konferenzi ghall-irgiel, nisa, zghazagh
u Gharajjes ta Gesù. Bhekk hu gabar
in-nies li kienu jiltaqghu kull xahar ghal-laqghat
fcerti zoni barra l-Marsa; bhal dawk ta
Ta Xbiex, Tal-Herba fBirkirkara li qabel
kienu jattendu go dar privata u tar-Rabat u l-Imdina.
Mis-sena 1983, l-attivitajiet li jsiru llum bhal quddiesa
u adorazzjoni ta kuljum kibru gradament ghax
dawn bdew bi tliet darbiet fil-gimgha. U llum il-gurnata
diversi pellegrinaggi jigu organizzati fic-Centru.
Barra ghaqdiet u movimenti jigu minn zmien ghal zmien,
jaghmlu sighat ta talb jew jinghaqdu maghna
fit-talb.
Ulied Marija Ewkaristika
Is-Superjur George fl-1986, hu kien
imnebbah biex iwaqqaf komunita ta xebbiet interni
bhala adoraturi, maghrufa bhala Ulied Marija
Ewkaristika. Filwaqt li joffru l-hajja taghhom
bimhabba lejn Gesù Ewkaristija, jaghtu
servizz fic-Centru Ewkaristiku fil-Marsa.
Jinghad ukoll li Dar Marija Ewkaristika
fHaz-Zebbug, fejn jghammru Ulied Marija
Ewkaristika, twaqqfet fuq ix-xewqa tal-Vergni
Mbierka, li taghha hu kien tant devot. Din id-dar
hi estensjoni tac-Centru Ewkaristiku tal-Marsa.
Bniedem
Kbir
Bsagrificcji
personali kbar ghal sahhtu u bfidi qawwija fGesù
Ewkaristija, fil-Madonna u San Guzepp, wassal bosta
erwieh biex jikbru fl-imhabba Ewkaristika. Jinghad
li xi drabi kien vittma u sofra vjolenza fizika ghax
seraq lura erwieh lil Satana. Bosta tbengil
u grief fuq il-persuna tieghu kienu jixhdu dan. Ghalhekk
matul hajtu sofra hafna mard u persekuzzjonijiet.
Bit-talb tieghu sehhew fejqan straordinarji, konverzjonijiet,
familji sabu l-paci u l-ghaqda, u bl-interventi tieghu,
gew salvati hafna vokazzjonijiet sacerdotali. Hu dejjem
wettaq hidma fejjieda pastorali u bi tbissima u kellu
kelma ta konsolazzjoni ghal kull min resaq lejh,
ghal kull ghajnuna. Fost dawn insibu persuni fl-oghla
skala tas-socjetà Maltija; politici, religjuzi,
anke barranin fosthom Isqfijiet u professjonisti ohra.
Is-Sup. George hadem bla heda u billi hafna drabi
kellu jilqa u jithabat kontra l-kurrent u l-ghedewwa
tar-ruh u s-sighat twal biex jipprepara l-konferenzi,
jippriedka u jghallem, jaghti pariri, dawn komplew
ghafsu fuq il-fiziku dghajjef tieghu u spiss kellu
jzur l-isptar u jaghmel xi jiem ghall-osservazzjoni.
Fost l-ahhar inizjattivi li ha l-fundatur u li ghadhom
ghal qalb il-Maltin huma l-adorazzjonijiet fuq l-istazzjon
Radju Marija, ir-radju tal-familja nisranija Maltija.
Dawn bdew fOttubru ta l-1998 u sa llum
ghadhom imfittxija mis-semmiegha ta dan l-istazzjon.
L-Ahhar
Jiem
Fl-ahhar xhur ta
hajtu spiss kien itenni jew ahjar bi kliem prudenti
kien ihabbar li t-tmiem tieghu kien qed joqrob. Hekk
gara. Is-Superjur George Grima, fundatur tal-Fergha
Ewkaristika u tal-komunita Ulied Marija Ewkaristika,
miet hesrem fic-Centru Ewkaristiku l-Marsa nhar l-Ewwel
Gimgha tax-xahar, 7 ta Mejju 1999 ghal habta
tat-3.00 pm. Miet fix-xahar iddedikat lill-Madonna
li fic-Centru ghandha titular bhala Marija Ewkaristika
li l-festa taghha tigi ccelebrata fit-13 ta
Mejju. Dakinhar sar il-funeral tieghu, bquddiesa
kkoncelebrata minn kwazi sebghin sacerdot, midhla
tal-Fergha Ewkaristika, fil-Parrocca SS. Trinita l-Marsa.
Hsibijiet Ewkaristici
li hargu minn fomm is-Superjur
Kemm hu helu Gesù
jinsab fdik l-ostja ckejkna. Nixtieq nipperswadikom
li temmnu li jinsab fkull ostja Gesù.
Hemm bzonn nemmnu bis-serjeta. Hija grazzja ghalina
midimbin li nistghu nircievu l Gesù.
05.05.98
Eersqu rcievu l Gesù Ewkaristija mhux
bid-dnub il-mejjet, imbaghad tghidu Inqerru
wara. Ghax diehla sewwa Malta. Din hazin 02.05.98
Gheziez huti, hobbu u fittxu l Gesù Ewkaristija.
Kienet xkienet il-hajja taghkom, ghaddejtu minn
xiex ghaddejtu. Ejjew u adurawh. Gheziez huti, fittxuh
anke toqghodu bilqgheda quddiemu. Tibza xejn
ma jimpurtax. 04.07.98
Thallux id-dimonju jifxilkom fuq affarijiet ohra,
jistghu jkunu tajbin ukoll. Imma fejn toqghod l-adorazzjoni
u Gesù Ewkaristija thallu xejn, ghax propju
d-dinja bhalissa trid twarrab dan il-misterju kbir,
kif qed jippruvaw iwarrbu l-Madonna. 05.12.98
Gesù qieghed wara separju, mhux daqshekk il-boghod
minna. Qieghed wara dik il-bieba tat-tabernaklu, ezatt
kif jinsab fil-Genna, fl-isbuhija tieghu. Ghidulu
l Gesù, meta tkunu quddiemu fil-mard,
fid-dwejjaq taghkom; jekk trid inti, inti taf xinhu
tajjeb ghalina, tista tfejjaqni minn dat-tentazzjonijiet,
minn dan l-inkwiet li ghandi madwari. Tista
jekk trid, imma inti taf; fidejk. 03.11.98
|